|
|
||||
|
Insensittività |
||||
| L-Orizzont (29-01-2009) | ||||
|
Minkejja ċ-ċokon tal-gżira Għawdxija, matul is-sena jsiru diversi attivitajiet li ta’ min jinkoraġġihom u jippromwovihom. Fil-fatt fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet kien hemm attività li tittella’ kull sena miċ-Ċentru ta’ Għawdex tal-Moviment ta’ Kana. Dan l-appuntament annwali huwa sabiex jingħata l-Premju Qalb tad-Deheb. Ta’ kull sena l-Moviment ta’ Kana f’Għawdex jippremja familja li minkejja li tkun għaddejja minn diffikultajiet kbar minħabba mard jew ċirkostanzi sfortunati oħra, tirreaġixxi pożittivament għal dan il-għawġ u anke tkun ta’ xprun biex tinkoraġġixxi lill-ħaddieħor anki permezz ta’ ħidma fil-komunità. Il-bord tal-għażla kull sena jirċievi diversi nominazzjonijiet mill-parroċċi, kunsilli lokali u għaqdiet u persuni oħrajn biex imbagħad minn fost dawn in-nominazzjonijiet tintagħżel dik il-familja li fl-opinjoni tal-bord tkun tissodisfa il-kriterji tal-għażla. |
![]() |
|||
Din is-sena mess lill-familja Saliba li għandhom żewġ ulied b’diżabilità u li huma nvoluti attivament fil-volontarjat b’risq il-persuni b’diżabiltà f’Għawdex. |
||||
|
©
2009 - Justyne Caruana
|
||||