kellu jsir ‘water culvert’ biex l-ilma jiġi ddevjat għal ġo fih. Dan jidher li ma sarx meta kellu jsir u allura laħaq niżel l-ilma fil-pedamenti tal-iskola b’dan allura li kien kaġun ta’ diversi ħsarat.
Sirt naf ukoll li l-madum tal-verandi lanqas ma sar mill-kuntrattur u jidher li f’dawn il-verandi ukoll hemm ħsarat estensivi.
Però l-ikbar waħda hija l-fatt li suppost il-mod ta’ kif inbena dan iċ-ċentru jirrekjedi manutenzjoni regolari iżda din ma saritx u l-iskola ma ngħatatx fondi biex tkun tista’ tagħmel dan.
Kien biss wara li jiena għamilt il-mistoqsijiet jidher li ċċaqlaq xi ħaġa. Però mill-informazzjoni li jiena għandi l-ammont li ngħata lill-iskola għall-manutenzjoni huwa ammont minimu ħafna li mhux biżżejjed biex ikopri dak li hemm bżonn isir.
Apparti minn hekk, bil-flus li ġew allokati riċentement lit-tmexxija tal-iskola irid jintuża ukoll għall-bżonnijiet oħrajn li għandha l-istess skola.
Fid-dawl ta’ dan kollu jiena nistaqsi għaliex l-informazzjoni ma ngħatatx kif suppost. Mhux l-ewwel darba li jsiru Mistoqsijiet Parlamentari dwar kwistjonijiet importanti u l-mistoqsijiet kif imwiġbin mill-Ministru għal Għawdex iktar jiżvijaw.
Dan ċertament isir bi skop għax hemm interess kbir li l-affarijiet jinżammu misturin. Pero’ kif għedt drabi oħra iż-żejt jitla’ f’wiċċ l-ilma u min iħawwad jinqabad.
* * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * **
Din il-ġimgħa kellna l-funeral ta’ Dun Pawl Zerafa min-Nadur. Dun Pawl kien wieħed minn dawk il-qassisin li kien iħobb lill-proxxmu b’qalbu kollha u fi żminijiet meta kien hemm it-taqbida politikoreliġjuża ma ddejjaq xejn juri t-twemmin politiku tiegħu u kien wieħed minn dawk li minkejja dak li kien għaddej, xorta baqa’ jikkonforta lil min kellu bżonn bis-Sagramenti Mqaddsa.
Inħoss li f’dan l-artiklu għandi nsellem lilu u ukoll lil ħuh tewmi Dun Piet li ħalliena ftit tas-snin ilu, għax għamlu ħafna ġid fi żminijiet koroh għal-Laburisti Għawdxin.
Fl-aħħar nett nixtieq nawgura Għid hieni lil kulħadd u partikolarment lill-Editur u lill-ħaddiema kollha ta’ l-orizzont.L-‘incubation centre’
Fl-artiklu tiegħi ta’ ħmistax ilu semmejt l-‘incubation centre’ li hemm f’Għajnsielem u ktibt dwar il-ħsarat li hemm. Semmejt kif meta staqsejt il-Parlament dwar dan kollu, il-Ministru rrispondiet li l-kuntrattur se jagħmel tajjeb għall-ħsarat li hemm.
Erġajt għamilt Mistoqsija Parlamentari fejn tlabt informazzjoni ulterjuri però l-Ministru reġgħet inħbiet wara l-istess tweġiba li l-kuntrattur kien se jagħmel tajjeb għall-ħsarat.
L-iskop li jien erġajt mistoqsija oħra huwa li f’dan il-każ hemm affarijiet li hemm interess li ma jintqalux u l-iktar soluzzjoni faċli għall-Ministru hija li tinħeba wara l-kuntrattur. Li ma ntqalx huwa li kellu jsir xi xogħol li ma sarx u liema xogħol ma kellux isir mill-kuntrattur imma minn ħaddieħor.
Fil-fatt maġenb l-‘incubation centre’ hemm grawnd tal-futbol u hemm diżlivell ta’ xi ħames filati u kellu jsir ‘water culvert’ biex l-ilma jiġi ddevjat għal ġo fih. Dan jidher li ma sarx meta kellu jsir u allura laħaq niżel l-ilma fil-pedamenti tal-iskola b’dan allura li kien kaġun ta’ diversi ħsarat.
Sirt naf ukoll li l-madum tal-verandi lanqas ma sar mill-kuntrattur u jidher li f’dawn il-verandi ukoll hemm ħsarat estensivi.
Però l-ikbar waħda hija l-fatt li suppost il-mod ta’ kif inbena dan iċ-ċentru jirrekjedi manutenzjoni regolari iżda din ma saritx u l-iskola ma ngħatatx fondi biex tkun tista’ tagħmel dan.
Kien biss wara li jiena għamilt il-mistoqsijiet jidher li ċċaqlaq xi ħaġa. Però mill-informazzjoni li jiena għandi l-ammont li ngħata lill-iskola għall-manutenzjoni huwa ammont minimu ħafna li mhux biżżejjed biex ikopri dak li hemm bżonn isir.
Apparti minn hekk, bil-flus li ġew allokati riċentement lit-tmexxija tal-iskola irid jintuża ukoll għall-bżonnijiet oħrajn li għandha l-istess skola.
Fid-dawl ta’ dan kollu jiena nistaqsi għaliex l-informazzjoni ma ngħatatx kif suppost. Mhux l-ewwel darba li jsiru Mistoqsijiet Parlamentari dwar kwistjonijiet importanti u l-mistoqsijiet kif imwiġbin mill-Ministru għal Għawdex iktar jiżvijaw.
Dan ċertament isir bi skop għax hemm interess kbir li l-affarijiet jinżammu misturin. Pero’ kif għedt drabi oħra iż-żejt jitla’ f’wiċċ l-ilma u min iħawwad jinqabad.
* * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * ** * **
Din il-ġimgħa kellna l-funeral ta’ Dun Pawl Zerafa min-Nadur. Dun Pawl kien wieħed minn dawk il-qassisin li kien iħobb lill-proxxmu b’qalbu kollha u fi żminijiet meta kien hemm it-taqbida politikoreliġjuża ma ddejjaq xejn juri t-twemmin politiku tiegħu u kien wieħed minn dawk li minkejja dak li kien għaddej, xorta baqa’ jikkonforta lil min kellu bżonn bis-Sagramenti Mqaddsa.
Inħoss li f’dan l-artiklu għandi nsellem lilu u ukoll lil ħuh tewmi Dun Piet li ħalliena ftit tas-snin ilu, għax għamlu ħafna ġid fi żminijiet koroh għal-Laburisti Għawdxin.
Fl-aħħar nett nixtieq nawgura Għid hieni lil kulħadd u partikolarment lill-Editur u lill-ħaddiema kollha ta’ l-orizzont.