|
|
||||
|
Xoghol u Dinjita' |
||||
| L-Orizzont (17-01-2008) | ||||
|
Jien dejjem emmint li l-politiku huwa tan-nies u l-hidma tieghu jew taghha ghandha tkun fost in-nies. F’dawn l-ahhar snin mill-ahhar eleezzjoni l’hawn jien komplejt immur fid-djar tan-nies u l-kuntatt man-nies ma naqas qatt. Ovvjament dan l-ahhar minhabba t-tqala tieghi naqqast mill-visti tad-dajr pero` l-kuntatt man-nies baqa` ghaddej normali b’mezzi ohra. Ghall-Ghawdxin ix-xoghol huwa mportanti hafna u l-ghar haga li tista` tigri lill- familja Ghawdxija hija li membru tal-familja jitlef l-impjieg jew jekk xi hadd mill-ulied li wara snin ta’ studju, ma jkunx jista` jimpjiega ruhu. U hawnhekk johrog l-ghaqal ta’ l-Ghawdxi. Jien naf hafna li minhabba dawn ic-cirkostanzi jkollhom jirrikorru ghall-beneficcju socjali u hafna jghidulek li din hija haga umiljanti hafna ghalihom – li qed tnaqqrilhom id-dinjita` taghhom ftit ftit. Pero` ma jistghux jaghmlu mod iehor ghaliex il-hajja trid tkompli ghaddejja u biex tghix irid ikollok xi haga diehla minn x’imkien. Mhix facli ghall-ragel ta’ familja li spicca bla xoghol u ma jistax jimpjiega ruhu u li jiflah jahdem ikollu jmur jirregistra biex idahhal xi haga biex il-familja ta’ l-inqas jieklu. Gvern Nazzjonalista ha d-dinjita` lill-hafna Ghawdxin. Meta wieghduna li x-xoghol ser jibda jigri wara n-nies, certament dan ma kienx qed jinghad ghal Ghawdex. Il-hasra hija li kien hemm min emmen imma llum wara kwazi hames snin ghadu fil-kjuwijiet tac-centri tax-xoghol ta’ Ghawdex jistenna x-xoghol. Issa ergajna bdejna nisimghu l-kantaliena li ghax gejja l-elezzjoni ser idahhlu n-nies l’hawn u l’hemm. Qed tissemma` hafna l-Gozo Channel u allura min wasal fi stat li ma jistax jissaporti bla xoghol iktar qed jilludi ruhu li xi hadd jista ‘jdeffsu’ hemm. Min qed jilghab bl-imhuh tan-nies u b’dan il-mod irid jaghti kont ta’ dan. Ahna nafu bl-istejjer ta’ kif certu nies dahlu jahdmu l’hawn u ‘hemm fosthom il-Gozo Channel u mhux sewwa li dan jerga` jirrepeti ruhu specjalment fil-konfornt ta’ dawk li ilhom jirregistraw is-snin. Il-wieghdi tan-Nazzjonalisti qatt ma naqsu u qabel kull elezzjoni dejjem kienu sbieh u attraenti. Pero` l-esperjenza ghallmitna li din hija xi haga provizorja ghaliex malli tgaddi l-elezzjoni n-naghga terga` ssir lupu u t-tahsir tat-tuffieha jerga` johrog kollu. Ghalhekk huwa mportanti li l-Ghawdxin joqghodu b’ghajnejhom miftuha u joqghodu attenti biex ma jhallux min jghamihom bil-wieghdiet. L-ingann huwa l-ispeccjalita` tan-Nazzjonalista filwaqt li ahna tal-Labour ghandna l-onesta` u l-integrita`. Ghawdex taht Gvern Laburista ser ifur bil-gid u lill-haddiem u lil dak li jrid jahdem ser nergghu nroddulu d-dinjita` li Gvern Nazzjonalista nezzghu minnha.
|
||||
|
©
2008 - Justyne Caruana
|