Miskina t-tajra li titwieled f’post hazin

Kulhadd (14-09-2008)
‘Miskina dik it-tajra li titwieled f’post hazin’. Huma hafna dawk l-Ghawdxin li jhobbu jghiduha din u zgur la ma jghiduhiex ghal xejn. Ghawdex hija gzira zghira li tbati hafna mill-effetti ta’ l-insularità doppja u dan ifisser limitazzjonijiet kbar f’kull qasam u aspett tal-hajja socjali, ekonomika u kulturali Ghawdxija.

Bhal dawn iz-zminijiet hafna zghazagh Ghawdxin ikunu qed jippreparaw ghall-ikbar avventura taghhom – dik li jmorru jghixu Malta jew biex jattendu xi kors jew inkella ghax ikunu dahlu fid-dinja tax-xoghol f’Malta. Mhix haga facli li titlaq minn darek ta’ sittax jew sbatax-il sena u trid tfendi ghal rasek imma dan huwa destin miktub ghal kull Ghawdxi li jrid javvanza specjalment fil-kamp edukattiv. Hija esperjenza li timmaturak malajr u ggieghlek tahseb iktar fuq il-futur.
 

Il-futur ghaz-zghazagh Ghawdxin f’Ghawdex ma tantx jidher li huwa promettenti – ta’ l-inqas jekk l-affarijiet jibqghu l-istess u min suppost qed ihaddem rasu dwar dan, ghadu rasu mgharrqa taht ir-ramel. In-nuqqas ta’ opportunijiet huwa fatt u allura hafna zghazagh qed isibu opportunitajiet f’Malta u jibqghu hemm.

Hemm min jghid li kemm-il darba dawn iz-zghazagh isibu impjieg f’Malta allura ma hemmx problemi. Imma min jghid hekk qed ikun superficcjali u jipprova jghatti x-xemx bl-gharbiel. L-effetti ta’ dan ser inhossuh hames jew ghaxar snin ohra ghaliex jekk jinholqu l-opportunitajiet f’Ghawdex ser ikollna nuqqas ta‘ rizorsi uman u jkollna niffaccjaw il-problema tal-brain drain. F’certu oqsma digà qed nghaddu minn din l-esperjenza u dawn l-opportunitajiet qed johduhom il-barranin ghaliex f’Ghawdex m’hawnx min jaghmel certu tip ta’ xoghol.

Ghalkemm f’Ghawdex ghandna nies qeghda u ghandna l-iktar rata gholja ta’ qaghad li qatt kellna, huwa fatt ukoll li hemm diversi imprendituri li ghandhom postijiet ta’ xoghol imma mhux qeghdin isibu nies imharrga u kwalifikati biex jimlew dawn il-postijiet. Jidher allura li qieghed tirrenja anomalija li hadd mhu qieghed jaghti kasha u wisq nibza’ li meta xi hadd jiddeciedi li jaghmel xi haga jkun tard wisq.

It-tendenza f’Ghawdex hija dik sfortunatament imma f’qasam tant delikat bhal dak tax-xoghol li jaffettwalek mhux biss l-ekonomija tal-gzira imma wkoll id-dimensjoni iktar delikata tal-livell ta’ l-ghajxien tal-familji taghna, ma tistax toqghod tistenna l-bajtra taqa’ f’halqek.

Hemm bzonn li kemm jista’ jkun malajr jigi mahtur working group li xogholu jkun li janalizza din l-anomalija u jigbor statistika dwar il-kundizzjoni reali ta’ Ghawdex. Irridu naraw jekk it-tahrig li qeghdin jinghata lil Ghawdxin kemm mill-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig u kemm entitajiet ohrajn huwiex ta’ livell u addattat ghal bzonnijiet ta’ l-industrija Ghawdxija. Fuq kollox irridu nipprovdu servizz ta’ gwida aggornat lill-istudenti taghna biex ikunu jistghu jaghzlu linja li tkun kompatibbli mal-bzonnijiet tas-suq u allura jkun iktar facli ghalihom li jsibu impjieg.

Fejn hemm ir-rieda ‘kollox huwa possibbli’. Imma fil-kaz ta’ Ghawdex tezisti l-‘imma l-kbira’ – Gvern Nazzjonalista ghandu dik ir-rieda?

 

© 2008 - Justyne Caruana