|
|
||||
|
Qatt ma dħaqna b’ħadd |
||||
| L-Orizzont (13-09-2008) | ||||
|
Xi ġranet ilu fuq xi ġurnal lokali xi ħadd għoġbu jikteb ittra dwar xi attività fis-Sannat, Għawdex fil-ġimgħa tal-festa li għaliha kellu jattendi s-sindku. Dan il-korrispondent kiteb li s-sindku ma attendiex u kkritika lis-sindku minħabba dan il-fatt. Għalkemm iddikjara jew iddikjarat li għandu jew għandha tendenzi Laburisti, dan jew din il-korrispondent\a ma qagħdx jew qagħditx lura mit-tifħir lill-uniku kunsillier Nazzjonalist f’din il-lokalità u allura dan il-fatt jixħet ċertu dubju dwar kemm din il-persuna tħaddanx ideali Laburisti jew le. U min irid jagħmel kritika serja ma joqgħodx jilgħab u jinħeba wara ċertu diskors. Din l-ittra tatni spunt għax huma ħafna dawk il-qlub tajbin li joqogħdu jikkritikaw affarijiet banali u jieħdu kull okkażjoni biex jitfgħu t-tajn. Jien ma nafx kemm-il darba nkun mistiedna f’attivitajiet u mmur. Ħafna drabi min ikun jintroduċi ma jaranix jew inkella jindirizzani bħala |
![]() |
|||
“membri parlamentari” meta ħliefi ma jkunx hemm. Imma ovvjament min kiteb l-ittra dwar is-Sindku ta’ Sannat dan mid-dehra ma jafux jew ma tafux. Issa dwar ir-raħal ta’ Sannat hemm ħafna xi tgħid. Taħt tmexxija lokali Laburista, dejjem stinka u ħadem kemm felaħ għall-ġid tar-residenti u saru ħafna proġetti importanti mingħajr daqq ta’ trombi. Il-kuntatt mal-poplu dejjem kien wieħed kontinwu u dirett. Il-ħasra hi li għax appuntu dan ir-raħal għandu kunsill b’maġġoranza Laburista dejjem isib nuqqas ta’ kollaborazzjoni mill-Gvern ċentrali. Dan jikkuntrasta bil-kbir ma’ lokalitajiet b’maġġoranza Nazzjonalista għax dawn jieħdu kull għajnuna possibbli u fil-pront.
|
||||
|
©
2008 - Justyne Caruana
|
||||