|
|
||||
|
Il-liġi dwar il-vjolenza domestika - Bżonn li nipproteġu lill-vittmi |
||||
| L-Orizzont (02-09-2008) | ||||
|
Fid-dawl ta’ l-informazzjoni mħabbra fuq il-mezzi tax-xandir dwar in-numru ta’ każijiet ta’ vjolenza domestika riferuti lill-aġenzija Appoġġ kif ukoll anki dwar iż-żieda fin-numru ta’ każijiet li tressqu l-Qorti b’konnessjoni mal-vjolenza domestika, il-Partit Laburista ma jistax jibqa’ passiv quddiem din ir-realtà kiefra li qed ibatu minnha fis-silenzju eluf ta’ vittmi f’pajjiżna.
In-numru ta’ każijiet riferuti ma jagħtux stampa ċara ta’ kemm effettivament u realment huma l-każi ta’ vjolenza domestika imma madanakollu huma wkoll indikatur ċar li dawn it-tip ta’ każi qed jiżdiedu u dan għal diversi raġunijiet. |
![]() |
|||
Fid-dawl ta’ l-informazzjoni mħabbra fuq il-mezzi tax-xandir dwar in-numru ta’ każijiet ta’ vjolenza domestika riferuti lill-aġenzija Appoġġ kif ukoll anki dwar iż-żieda fin-numru ta’ każijiet li tressqu l-Qorti b’konnessjoni mal-vjolenza domestika, il-Partit Laburista ma jistax jibqa’ passiv quddiem din ir-realtà kiefra li qed ibatu minnha fis-silenzju eluf ta’ vittmi f’pajjiżna.
In-numru ta’ każijiet riferuti ma jagħtux stampa ċara ta’ kemm effettivament u realment huma l-każi ta’ vjolenza domestika imma madanakollu huma wkoll indikatur ċar li dawn it-tip ta’ każi qed jiżdiedu u dan għal diversi raġunijiet. Fattur pożittiv huwa li aktar vittmi qegħdin isibu l-kuraġġ li jitkellmu u jirrikorru għall-għajnuna u allura dan juri li l-kampanji promozzjonali għall-għarfien dwar il-vjolenza domestika kienu effettivi u li allura għandhom jiġu ntensifikati iktar u mifruxin f’iktar lokalitajiet f’kull parti t’Għawdex u Malta. “Għalkemm il-Liġi dwar il-Vjolenza Domestika ħalliet ħafna frott għad baqa’ ħafna x’jista’ jsir speċjalment fejn jidħlu l-ordnijiet għall-protezzjoni tal-vittma u l-ordnijiet ta’ żgumbrament ta’ min iwettaq il-vjolenza. Allura wasal iż-żmien biex nagħmlu ‘stock taking’ ta’ l-effetti ta’ din il-liġi u naraw kif nistgħu nagħmluha iktar effettiva biex nipproteġu lill-vittmi kif ukoll isir studju a bażi tal-każi magħrufin biex jiġu identifikati ‘loopholes’ fil-liġi u jiġu ndirizzati,” qalet id-Deputata Dr Justyne Caruana, Kelliema Laburista għall-Familja u Ugwaljanza Hija kompliet tgħid li biex il-vittmi jiġi nkoraġġuti jirrapportaw, huwa meħtieġ li s-servizz mogħti jkun iktar ‘victim oriented’. Dan qed jingħad għall-fatt li huma ħafna dawk il-vittmi li jipprovaw jirraportaw però minħabba nuqqas ta’ professjonalita’ jew taħriġ ta’ min ikun qed jieħu r-rapport, dawn il-vittmi mill-ewwel jaqtgħu qalbhom. “Ħafna drabi l-ewwel bieb li jħabbtu l-vittmi huma l-għases tagħna li sfortunatament ħafna minnhom m’humiex idoneji u ma għandhomx il-privatezza biex vittma tagħmel ir-rapport adegwatament. Ħafna għases lanqas huma mgħammrin biex jilqgħu lill-vittmi u dan kollu allura jaqta’ qalb dak li jkun,” qalet Justyne Caruana. Għar-rigward ta’ servizzi ta’ shelters, hija qalet li dawn għandhom jiżdiedu, partikolarment f’Għawdex fejn il-Gvern ma joffri l-ebda servizz ta‘ dan it-tip u l-Appoġġ ma toperax f’Għawdex imma jeżisti biss id-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja li għandhom mezzi limitati ħafna. “Filwaqt li bħala Partit nesprimu s-solidarjetà tagħna mal-vittmi tal-vjolenza domestika, nagħmlu appell qawwi lil dawk kollha li fis-silenzju ta’ djarhom qed isofru minn din il-pjaga biex jagħmlu l-kuraġġ u joħorġu minn dan iċ-ċirku vizzjuż,” kompliet tgħid il-kelliema Laburista. “Fl-istess waqt però nħeġġu lill-Gvern sabiex jinvesti iktar fl-entitajiet, għaqdiet u strutturi involuti f’dan il-qasam tant delikat. Dan bil-għan li l-vittmi jsibu l-għajnuna kollha li jeħtieġu u b’hekk jagħmlu l-kuraġġ biex jitilqu mill-ambjent ta’ vjolenza li jkunu qegħdin jgħixu fih u jkunu rashom mistrieħa li se jsibu kull għajnuna għalihom u għall-uliedhom,” temmet tgħid Dr Justyne Caruana.
|
||||
|
©
2008 - Justyne Caruana
|
||||