L-Ambjent Ghawdxi

L-Orizzont (20-07-2008)

Il-gimgha l-ohra graw hafna affarijiet f’Ghawdex – affarijiet li jekk tizinhom tajjeb u tieqghedhom fil-perspetttiva proprja taghhom tibda trodd is-slaleb.

Ghawdex bhala gzira ekologika kienet wieghda elettorali tal-partit nazzjonalista. Nistqarr li bhala ideja hija tajba hafna u jekk verament titwettaq ikun qed isir hafna gid lil Ghawdex taghna, mhux mill-lat ambjentali biss imma wkoll mill-lat ekonomiku u socjali. Jien dejjem emmint li l-ambjent Ghawdxi ghandu dimensjoni ulterjuri ghal dak li ghandu x’jaqsam valur mizjud tal-gzira taghna li ghandu jigi ndukrat. Il-potenzjal ta’ Ghawdex f’dan is-sens huwa enormi u jekk inkunu kapaci nisfruttawh f’sens tajjeb u bil-ghaqal inkunu kapaci noholqu nicca ghalina li tkun tiddistingwina mhux minn Malta biss imma mill-bqija tad-dinja kollha.

 

 

Minkejja il-paroli kollu tal-Gvern u anke minkejja kull intenzjoni tajba li jista` jkun hemm minn xi whud li huma genwini, dan il-progett ma jista` qatt ikun fil-livelli u dimensjonijiet li qed jigi progettat. Il-Gvern jiddobba bl-ambjent Ghawdxi fejn jaqbillu u fejn jidhirlu. Ma nistghux ninsew li dan huwa l-istess Gvern li jappoggja progetti li jgharrqu l-ambjent Ghawdxi. Huwa l-istess Gvern li mhux qed jaghti widen lill-ambjentalisti u lill-eluf ta’ Ghawdxin li jsemmghu lehinhom fuq kwistjonijiet ambjentali.

Fl-istess gurnata li saret l-istqarrija stampa mill-Ministru ghal Ghawdex, kien hemm ukoll is-smigh ta’ l-appell tal-progett tar-Ramla. Li nnutajt huwa li bilqieghda mal-mejda ma l-izviluppaturi kien hemm zewg ucuh li huma kemmxejn popolari Ghawdex. Dawn kienu z-zewg diretturi ta’ kumpanija li issemiet hafna fil-legislatura li ghaddiet. Fil-fatt minn mistoqsija parlamentari li kont ghamilt kien irrizulta li l-maggor parti tat-tenders f’Ghawdex tohodhom din il-kumpanija. Thassibt ftit meta rajthom hemm lil dawn u ta’ min jahseb ftit dwar il-konnesssjoni u presenza ta’ dawn in-nies ma dan l-appell.

Dwar dan il-progett, jidher li l-Ministru ghal Ghawdex u shabha ma jarawhx ta’ theddida ghall-ambjent. Dan jikkuntrasta bil-kbir ma dak li qed jinghad mill-ghaqdiet ambjentali li effettivament qed jghidu li iva hemm theddida kbira u serja. Tant hu hekk li hafna kienu dawk l-ghaqdiet li taw l-ghajnuna u l-inkoraggiment taghhom lill-Kunsilliera tax-Xaghra Carmen Bajada li kienet hi li ghamlet l-oggezzjoni u li allura kien jintitolha li tkun partecipi f’dawn il-proceduri. Li kieku ma oggezzjonatx fil-hin kieku min jaf x’kien jigri u l-izviluppaturi baqghu jirromblaw minn fuq kullhadd.

U allura quddiem dan l-atteggjament tal-Gvern kif jista` qatt ikun li Ghawdex tkun verament gzira ekologika? Dan l-atteggjament ma rajniehx fil-kaz tar-Ramla biss imma wkoll fil-progett ta’ Hondoq ir-Rummien u tal-Kus fix-Xewkija. U allura nghid jien li qabel ma jigu eliminati dawn l-istramberiji u tidwir ta’ diskors u atteggjament, Ghawdex qatt ma jista jkollu politika ambjentali u ekologika li tixraqlu. U bil-posi biss din ma tigix.

Dr Justyne Caruana MP

© 2008 - Justyne Caruana