Il-kummissjoni ghall-Familja tibqa' ma tinhatarx

Kulhadd (25-10-2008)

Illum il-gurnata l-poplu dara lid-deputati tal-Partit Nazzjonalista jitkellmu b’mod kontinwu dwar kemm ghandhom ghal qalbhom il-familja. Izda minkejja dan ma harget l-ebda dikjarazzjoni minn fomm l-ebda wiehed mill-istess deputati dwar il-fatt li pajjizna qieghed minghajr Kummissjoni Nazzjonali ghall-Familja.

Ghaddew iktar minn sitt xhur minn meta spicca t-terminu ta’ din il-kummissjoni u sal-lum il-Ministru John Dalli ghadu ma hatarx l-istess Kummissjoni.

Kien ghall-mistoqsija parlamentari tad-deputat Justyne Caruana li l-Ministru John Dalli kkonferma li f’sitt xhur baqghet ma nhatritx din il-kummissjoni.

 

“Il-Kummissjoni tal-Familja spiccat t-terminu taghha fl-ahhar ta’ Mejju 2008 u bhalissa mhix imwaqqfa,” ammetta Dalli.

Fl-istess hin il-Ministru tal-Politika Socjali naqas milli jghid meta se tinhatar din il-kummissjoni.

Skond Lawrence Gonzi din il-Kummissjoni ghall-Familja “ghandha r-rwol importanti li tiggwida lill-gvern bil-pariri taghha fit-tfassil tal-politika ghall-familja.”

“Tajjeb li nibdew nitkellemu mhux biss fuq gender mainstreaming imma wkoll fuq family mainstreaming,” kien kompla jghid Gonzi f’Mejju tas-sena 2003 meta dak in-nhar kien ghadu Ministru tal-Politika Socjali.

Fil-parlament hareg car ukoll kif il-gvern injora ghal kollox l-impatt li l-politika tieghu qieghed ikollha fuq il-familji Maltin. Fl-ahhar sentejn il-gvern ma’ ghamel l-ebda studju dwar l-effett li l-ligijiet li ghamel u decizjonijiet li ha kellhom fuq il-familja u fuq it-tfal.

Meta mistoqsi minn Justyne Caruana jekk sarux dawn l-istudji u x’kienu r-rizultati taghhom, John Dalli qal biss hekk: “Ninsab informat li t-twegiba hi fin-negattiv.”.

Izda aghar minn hekk, anke programm ta’ studju li kellu jsir dwar il-familja spicca tar mar-rih.

Fid-diskors taghha dwar il-bagit ghas-sena 2008, il-Ministru Dolores Cristina kienet tkellmet dwar il-proposta li jinghataw Lm40,000 lill-Kummissjoni tal-Familja biex flimkien ma’ l-Università thejji programm ta’ studju dwar il-familja, xi haga normali f’pajjizi Ewropej. Issa rrizulta li dak imsemmi minn Cristina kien progett iehor li spicca fix-xejn.

Kien Dalli nnifsu li kkonferma kif baqa’ ma sar xejn ghax fit- twegiba tieghu stqarr li sa meta spicca t-terminu tal-Kummissjoni tal-Familja, l-istess kummissjoni baqghet bla direzzjoni dwar din il-proposta.

F’ezempju car ta’ politika ta’ zewgt ucuh, meta mistoqsija dwar id-divorzju, id-deputati Nazzjonalisti jghidu biss li se jkunu qeghdin jahdmu favur il-familja, izda sa issa hadd mill-backbenchers jew ministri tal-Partit Nazzjonalista ma tkellem dwar dawn in-nuqqasijiet kollha fil-konfront tal-familji Maltin.

© 2008 - Justyne Caruana