|
|
||||
|
Min kien fl-infern, hemm għadu |
||||
| L-Orrizont (15-09-2008) | ||||
|
Il-bieraħ iltqajt ma’ persuna bir-rgħawa f’ħalqa u qaltli: “tkellem ftit dwar id-drittijiet ta’ l-Għawdxin - għaliex aħna qatt ma niġu stmati?”
Lil din il-persuna ma nlumhiex u ġbidtilha l-attenzjoni li jien kull ħin u kull opportunità li jkolli, niġbed il-ħabel ta’ Għawdex u l-Għawdxin. Imma sfortunatament tiġbed kemm tiġbed huwa inutli jekk min għandu d-dmir li jwettaq ma jagħmel xejn. Mhux l-ewwel darba li tkellimt dwar nuqqas ta’ servizzi li jeżistu f’Għawdex għalina l-Għawdxin - din hija realtà li nħabbtu wiċċna magħha ta’ kuljum. Hija nġustizzja kbira għax aħna taxxa bħall-Maltin inħallsu u allura għandu jkollna l-istess drittijiet u l-istess aċċess għas-servizzi. |
![]() |
|||
Dan in-nuqqas mhux jien biss nitkellem dwaru imma hemm sensiela ta’ rapporti, anke minn kummissjonijiet tal-Gvern stess, li jgħidu iswed fuq l-abjad kemm Għawdex huwa fqir fis-servizzi u kemm hemm bżonn immedjat li s-sitwazzjoni tinbidel. Għar-rigward l-oqsma soċjali u sensittivi bħall-vjolenza domestika u d-drittijiet tat-tfal, isiru ħafna kampanji siewja imma l-kwistjoni hija waħda u kbira - il-vittmi Għawdxin fejn jistgħu jmorru biex jaħarbu mill-vjolenza li jkunu fiha? X’għajnuna u x’servizzi għandhom it-tfal li qegħdin jiġu mċaħħdin mit-tfulija tagħhom u mit-trobbija li tixraq lil kull tifel u tifla ta’ Għawdex? |
||||
|
©
2008 - Justyne Caruana
|
||||