|
Il-Milied maghna u bir-ragun kollu bhalissa huwa zmien ta’ festeggjamenti meta dak li jkun jipprova jinsa ftit mill-gwaj li jkollu u jpoggih taht it-tapit sa wara l-Ewwel tas-Sena.
Però, dan huwa zmien ta’ riflessjoni wkoll fejn kull wiehed u wahda minna ghandna nidhlu go qoxritna u naghmlu ezami tal-kuxjenza u dan jghodd iktar u iktar ghal min ghandu l-poter f’idejh. F’Ghawdex min ghandu l-poter f’idejh ghandu hafna fuq il-kuxjenza li ilu jakkumula ghal dawn l-ahhar snin.
Bhal dawn iz-zminijiet inhobb imma nara l-anzjani u l-morda u proprju ftit ilu ltqajt ma’ kaz ta’ persuna anzjana li kellha problema bil-‘wheel chair’. L-ewwel ‘wheel chair’ li tawha kien fi stat hazin hafna kollu mahmug u tal-familja taghha tqazzuh u kellhom inaddfuh u jiddizinfettawh huma.
Ir-roti kienu wahda ‘l hawn u l-ohra ‘l hemm bil-konsegwenza li wara ftit zmien inqalghu u meta marru biex jibdluh tawhom iehor kollu msaddad, ruhu fi snienu.
Jien ma nistax nifhem kif minn tal-Gvern hadd ma jisthi b’dawn l-affarijiet - anzjani li l-mobilità taghhom tiddependi kompletament fuq il-‘wheel chair’ u jaghtuhom ‘wheel chairs’ imsaddin u mkissrin.
L-anzjani u l-morda taghna ghandhom dritt ghall-ahjar u mhux ghar-racanc - jekk hemm bzonn jingiebu ‘wheel chairs’ godda u ghandha tidhol sistema fejn kull tant u tant zmien tintbaghat persuna mid-Dipartiment tas-Sahha biex tara u tassigura li l-‘wheel chair’ ghadux f’kundizzjoni tajba u sigurà bizzejjed biex jaqdi l-bzonnijiet tal-pazjenti.
La qieghed insemmi s-sigurtà, nixtieq insemmi l-haddiema tal-Gvern fid-dipartimenti f’Ghawdex li jahdmu f’ambjenti maghluqin u minghajr ventilazzjoni.
Fl-ahhar artikolu semmejt lill-haddiema tal-Qorti u llum se nerga’ nsemmihom ukoll. Uhud minn dawn il-haddiema jahdmu go kmamar minghajr twieqi u ghandhom hafna umdità li certament huma hazin hafna ghas-sahha tal-bniedem.
Meta tara t-tizjin fit-toroq u mbaghad tara dawn l-affarijiet, wiehed ma jistax ma jinnottax dan il-kuntrast. Ir-responsabbiltà tal-Gvern ghall-Milied mhux li jzejjen it-toroq biss u jaghmel il-festini u joqoghdu jtaptpu fuq dahar il-haddiema bl-ikbar ipokrezija. Gvern serju u responsabbli ghandu jara li l-haddiema jkunu trattati b’mod xieraq.
Filwaqt li minn qalbi nirringrazzja lil dan il-gurnal tar-rokna li jaghtini kull gimghatejn, niehu l-opportunità biex nawgura l-festi t-tajba lill-editur u staff kollu ta’ l-orizzont.
Kif ukoll awguri u xewqat sbieh ghall-Ghawdxin u l-Maltin kollha ghall-Milied hieni mimli paci u sliem.
|