Zghazagh.

L-Orizzont (12-10-2006)

Il-Gimgha li ghaddiet varajna l-pjan Laburista ghaz-zghazagh Ghawdxin u Maltin li jittratta s-settur taz-zghazagh b’mod wiesgha u li permezz tieghu ahna bhala Partit irridu naghtu liz-zghazagh taghna t-tmun tal-grajjiet. Il-fergha taz-zghazagh tal-Partit Nazzjonalista hargu stqarrija fejn qalu li f’dan il-pjan ma ssemmewx l-istudenti ta’ l-Università. Nixtieq inserrah mohh kulhadd li dan m’huwiex il-kaz u kull minn jaqra dan l-abbozz jista’ jara li b’mod dirett l-istudent qed jissemmew diversi drabi u peress li l-istudenti universitarji huma zghazagh ukoll hemm dokument shih li jittratta dwarhom. Però mhux se nahli dan l-ispazju biex nirrispondi ghall-kritika fiergha.

Iz-zghazagh Ghawdxin kellhom parti dedikata ghalihom biss u dan ghax bhala Partit Laburista ahna konxji mill-fatt li z-zghazagh Ghawdxin qed jiffaccjaw diffikultajiet kbar iktar minn shabhom iz-zghazagh Maltin. Il-fatt li Ghawdex hija gzira u allura hemm il-fattur ta’ l-insularità doppja, qed johloq diversi problemi biex jigi attirat l-investiment lejn Ghawdex. Dan qed iwassal ghal sitwazzjoni ta’ stagnar fejn mhux qed jigu ggenerati mpjiegi godda biex jassorbu lil dawk il-haddiema kollha, li l-maggoranza taghhom zghazagh ta’ taht it-30 sena. Dawn iz-zghazagh tilfu l-impjieg taghhom wara li diversi fabbriki u lukandi f’Ghawdex waqfu joperaw u ghalqu. Minhabba n-nuqqas ta’ opportunitajiet f’Ghawdex, hafna zghazagh Ghawdxin qeghdin ikunu kostretti jitilqu lejn Malta biex ifittxu x-xoghol u sahansitra qed tizdied konsiderevolment ir-rata ta’ emigrazzjoni qawwija lejn l-Istati Uniti u l-Awstralja. Barra minn hekk hafna zghazagh gradwati mhux qeghdin isibu xoghol kompatibbli ma’ l-istudji li jkunu temmew u sahansitra jispiccaw f’impjiegi li ghalihom ikunu ‘over qualified’ jew ‘under paid’.

Fl-abbozz qed issir referenza ghall-pjani tal-Partit Laburista dwar Ghawdex, turizmu u industrija li digà gew approvati mill-konferenza generali li ghaddiet. Gvern Laburista gdid jaghti spinta u nifs gdid lill-ekonomija tal-Gzira Ghawdxija b’diversi inizjattivi u incentivi intizi biex jattiraw l-investiment lejn Ghawdex u ahna kommessi li naghtu nifs gdid lis-settur turistiku Ghawdxi li ghandu potenzjal li jiggenera hafna mpjiegi u nahdmu bis-shih biex tigi meghluba l-problema ta’ l-istazzjonalità tat-turizmu f’Ghawdex biex ikollna mpjiegi garantiti matul is-sena kollha.

Gvern Laburista gdid isahhah is-settur tas-servizzi u jitkompla l-progress li kien beda Gvern Laburista precedenti li l-back office work tal-Gvern jigi pprocessat Ghawdex biex b’hekk iktar haddiema tal-Gvern Ghawdxin jigu jahdmu f’Ghawdex stess.

Qeghdin nipproponu wkoll li jizdiedu l-korsijiet fl-MCAST, fic-centru ta’ l-Università u l-ETC kif ukoll tinghata iktar ghajnuna lill-istudenti Ghawdxin li jattendu korsijiet Malta kemm l-Università kif ukoll l–MCAST. Tizdied l-ghajnuna ghat-trasport li tinghata lill-haddiema Ghawdxin li jahdmu Malta. Gvern Laburista gdid jimpenja ruhu li jkun puntwali fil-pagamenti ta’ l-allowances u sussidji u dan ghax taht il-Gvern prezenti l-pagamenti jsiru dejjem diversi xhur wara li jkunu dovuti. Barra minn hekk l-abbozz qed jirreferi wkoll u jinkoraggixxi l-partecipazzjoni taz-zghazagh u ghaldaqsant jinghata lehen lir-rapprezentanti taz-zghazagh Ghawdxin fil-Kunsill Regjonali ghal Ghawdex. Ghawdex minn dejjem kien importanti ghal-Partit Laburista u dan bil-fatti u mhux bil-kliem biss.

© 2007 - Justyne Caruana