Tal-PN qishom Stenbhu.

L-Orizzont (01-03-2007)

Dan l-ahhar qisu il-Partit Nazzjonalista stenbah li jezisti Ghawdex, bil-Prim Ministru u diversi Ministri u ufficjali ohrajn tal-partit gejjin u sejrin Ghawdex. Qishom iridu jikkontribwixxu ghal-istatistika ta’ kemm nies qasmu lejn Ghawdex.

Dan l-interess gdid jidher bic-car li hu xprunat mill-bicca li ghandu l-PN mill-elettorat Ghawdxi – u veru ghandhom ghalfejn, ghax dan il-Gvern lill-Ghawdxi kissru. Issa li gejjin l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li anke jiddeterminaw jekk u meta ssir l-elezzjoni general, jigu Ghawdex u wiehed wara l-iehor jhabbrulna l-bxara t-tajba biex minghalihom jimpressjonawna.

Il-Prim Ministru, il-gimgha li ghaddiet habbar l-incentivi ghall-industrija biex iktar investituri jithajru jinvestu f’Ghawdex. J’Alla jhabbar aktar incentivi sakemm jaslu l-elezzjonijiet. Imma tajjeb niftakru u nfakkru li fil-Parlament il-Prim Ministru kien l-istess Prim Minsitru li kien qal li jixtieq jaghti incentivi lill-investituri f’Ghawdex imma ma setax minhabba r-regolamenti ta’ l-UE. Issa nghid jien dawn ir-regolamenti ma ghadhomx hemm jew dan l-ahhar il-Prim Ministru tghallem jaghmel xi abra kadabra? U jekk seta’ jaghmel dan ghax ma ghamlux qabel biex kieku s’issa digà bdejna naraw l-frott. Ghaliex hallihom fil-kexxun u harighom issa? Gejja xi elezzjoni?

L-istess il-Ministru Censu Galea, gie jghidilna bl-irmigg ghall-’cruise liners’. Jien din ilni li semmejtha l-Parlament zmien. X’kien qed jistenna Censu Galea! Kull ma hemm bzonn biex Ghawdex ikun jista’ jibbenefika mit-turizmu tal-’cruise liners’ hi sistema semplici hafna ta’ bagi. Grazzi ghall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali jidher li dawn il-bagi fl-ahhar gejjin.

Il-Ministru Louis Galea wkoll wassal il-bxara t-tajba fuq l-istudenti tal-MCAST li qalbu minn kors ghall-iehor u ma kinux jinghataw stipendju. Ilni minn Novembru naghmel Mistoqsijiet Parlamentari u mbaghad ghax ghamilt diskors iebes fil-Parlament l-gimgha l-ohra dwar il-htiega li tigi rimedjata din l-anomalija, tlett ijiem wara l-Ministru Louis Galea stqarr li din is-sitwazzjoni se tigi rimedjata. Fil-waqt li nirringrazzja lill-Ministru talli sema’ u rrimedja, nistaqsi ghax halla tlett xhur biex isolvi din l-problema biex hafna studenti qatghu qalbhom u telqu mill-kors.

Il-poplu ghandu bzonn jiftah ghajnejh. Il-poplu ilu batut u li jigi l-Gvern b’rimedji u proposti fl-ahhar minuta, juri kemm il-PN hu nteressat biss fl-istrategija politika biex jiqba’ fil-poter u mhux fil-bzonnijiet tal-poplu li ghandhom jiddeterminaw il-hidma ta’ kull Gvern responsabbli. Jekk qed jibzghu mill-elettorat Ghawdxi ghandhom ghaliex u r-risposta se jiehduha fl-10 ta’ Marzu li gej.

© 2007 - Justyne Caruana