|
|
||||
|
Tal-PN mhux Genwini. |
||||
| L-Orizzont (20-07-2006) | ||||
|
Minn qalbi nixtieq nir-ringrazzja lill-Partit Nazzjonalista u lill-midja tieghu tal-pubblicità li tawni dawn l-ahhar jiem fuq il-mezzi taghhom. Mhux se noqghod nahli dan l-ispazzju biex nirribati l-gideb taghhom ghax li kelli nghid ghidtu digà, però huwa ta’ nkoraggiment kbir ghalija personali li qeghdin jaghtuni daqshekk attenzjoni ghax, kif jghidu t-Taljani, “la verità offende” – il-verità twegga’ u jiena dak li ghamilt. Dwar l-emenda Kostituzzjonali li Ghawdex ikun distrett elettorali ghalih ahna bhala Partit ilna zmien twil nghidu li naqblu. Li ma rridux ahna, bhala Partit Laburista, huwa li n-Nazzjonalisti juzaw lil Ghawdex bl-iskuza ta’ l-emenda tal-Kostituzzjoni u mbaghad jergghu jitbiddlu d-distretti kif kienu, bil-konsegwenza li jkun hemm riskju li nergghu nispiccaw f’sitwazzjoni fejn Partit Laburista jirbah l-elezzjoni b’maggoranza assoluta ta’ voti u b’siggu wiehed biss minn fuq. Lill-Gvern, fil-fatt, ahna ssuggerejnilu emenda f’dan is-sens, li iva, Ghawdex jibqa’ distrett ghalih imma tinghata garanzija li d-distretti l-ohrajn f’Malta ma jintmessewx. Dawn ovvjament m’ghogbithomx ghax huma ghandhom agenda mohbija u allura biex jipprovaw jahbu d-dnub taghhom, qeghdin johorgu jghajtu li ahna ma naqblux li Ghawdex ikun regjun ghalih u anke tqassmu fuljetti fid-djar f’dan is-sens ukoll. Li kieku n-Nazzjonalisti kienu genwini dwar din l-emenda u verament jinteresshom Ghawdex, allura wiehed jistenna li jaccettaw il-proposta taghna. Imma ma garax hekk u allura tajjeb li wiehed jidhol ftit iktar fil-fond f’din il-kwistjoni. Ghandek min-naha l-wahda deputati u kandidati Nazzjonalisti li qeghdin jaghmlu premura kbira biex ma jitilfux l-voti ta’ Ghajnsielem u l-iktar li qed jaghmel jew taghmel premura hu jew hi dak jew dik li se titlef hafna u allura jintilef it-tron. Imbaghad min-naha l-ohra ghandek il-Partit Nazzjonalista kollu li bl-iskuza ta’ Ghawdex jergghu jiccaqalqu d-distretti biex jiffacilità lill-partit taghhom fuq livell nazzjonali. Kollox ma kollox, hija kwistjoni purament ta’ voti u ta’ poter u xejn inqas. U jiena ghalhekk lill-poplu, specjalment dak ta’ Ghajnsielem, nghidlu biex joqghod attent, ghax in-Nazzjonalisti voti biss qeghdin jaraw. L-argumenti u x-xnieghet li qeghdin jipprovaw ixerdu n-Nazzjonalisti dwar Ghajnsielem, li mhux se jibqa’ ma’ Ghawdex mhu veru xejn. In-nies ta’ Ghajnsielem, Ghawdxin se jibqghu u Ghajnsielem parti minn Ghawdex se jibqa’ u dan jigri x’jigri, indipendentement mill-vot. Issa min qed ixerred dan id-diskors m’huwiex responsabbli ghax in-nies mhux voti biss. Tal-PN, uhud minnhom iktar minn ohrajn, lin-nies ta’ Ghajnsielem qeghdin iharsu lejhom biss bhala voti – potenzjal ta’ voti. Din hija xi haga tal-misthija u ta’ min jiggilidha, ghalhekk ghamilna l-proposta taghna, li l-Gvern ma jridx jaccetta.
|
||||
|
©
2007 - Justyne Caruana
|