Taghna bi Dritt

L-Orizzont (08-06-2006)

Xi gimghatejn ilu kont mistiedna ghal dibattitu dwar Ghawdex fuq Super 1 TV fuq il-programm Vici Versa. Qabel mort ghamilt ezercizzju u qbadt id-diskorsi tal-budgets ta’ l-ahhar hames snin.

Irrizulta li 90 fil-mija biex ma nghidx aktar ta’ dak li ntqal huwa l-istess sena wara ohra. Issa dan jista’ jfisser zewg affarijiet.

Wahda li l-problemi ta’ Ghawdex sena wara ohra mhux qeghdin jissolvew u t-tieni li l-Gvern ma ghandu xejn gdid x’joffri ghall-gzira Ghawdxija sena wara ohra.

Fil-fatt jekk nigu ghall-progetti dwar Ghawdex li l-Gvern jitkellem dwarhom kontinwament, il-fatti juruk wahedhom.

Ilna snin twal nisimghu bil-kantaliena tal-progett tal-biccerija, tad-‘decompression chamber’ u l-‘incubation centre.’

Tant ilna nisimghu dwarhom li waqt dan id-dibattitu qisu ma flahtx u lill-Ministru ghidtilha li lanqas li kieku dan l-famuz ‘incubation centre’ se jkun ifaqqas id-dinosawri ma kien idum gej daqshekk.

Sadanittant il-Ministru tghajjat bih u sakemm damet tghajjat gie mprenditur privat li minghajr pompa u storbju ta’ xejn qabad u ghamlu u tal-Ministru ghadu ma giex.

U ghalhekk jien dejjem nghid li l-Gvern m’ghandux vizjoni u rieda ghal Ghawdex.

Bil-kliem dawn ma jghaddihom hadd u din irridu nammettuha. Però meta mbaghad tigi ghas-si u ghan-no imbaghad storja ohra.

Ir-rahhala jghidulek dan dwar il-biccerija. Jien mill-mistoqsijiet parlamentari li ghamilt lill-Ministru jirrizulta car. Per ezempju minn PQ numru 7627 li saret fil-11 ta’ Ottubru 2004 il-Ministru qalet li x-xoghol kien mistenni li jiehu seba‘ gimghat biex jitlesta.

Meta ergajt staqsejt sena u nofs wara jigifieri fl-4 ta’ April 2006, irrispondiet li qeghdin jigu evalwati l-offerti u x-xoghol m’ghandux ikun aktar minn 183 gurnata mid-data ta’ l-accettazzjoni ta’ l-offerta.

Issa d-dati juru wahedhom u dan minn informazzjoni li nghatat fil-Parlament. Jirrizulta li mhux is-seba’ gimghat lahqu ghaddew imma kwazi iktar minn sena u nofs! Sadanittant ghadna minghajr biccerija.

Insemmi l-biccerija biex naghti ezempju ta’ kif mexjin l-affarijiet f’Ghawdex – fil-Parlament nghidu mod u fir-realtà jsir iehor.

Mhix serjetà, u l-poplu Ghawdxi jaf. Ma jistax ikun li l-Gvern jibqa’ jidhak bina b’dan il-mod u xbajna b’din l-attitudni li ghal Ghawdex jghaddi kollox ghax ghalina le ma jghaddix kollox ahna rridu dak li hu taghna u bi dritt.

 

© 2007 - Justyne Caruana