Sussidju ghall-Helikopter.

L-Orizzont (09-11-2006)

F’dawn l-ahhar granet xi familji f’Ghawdex esperjenzaw it-tahwid li kapaci jiggenera u johloq Gvern Nazzjonalista.

Dan jirrigwardja l-kaz ta’ diversi haddiema li kienu “detailed” mal-Korporazzjoni ghas-Servizz ta’ l-Ilma gewwa Ghawdex u li kienu mas-sezzjoni tad-drenagg. Meta gie revokat l-assenjar ta’ dawn il-haddiema minn mal-Korporazzjoni, hafna minnhom gew assenjati mal-Kunsilli Lokali Ghawdxin. Ovvjament dan gab mieghu diversi tibdiliet ghax dawn il-haddiema bdew jaghmlu xoghol differenti kompletament milli kienu jaghmlu kif ukoll tilfu l-“allowances” li kellhom.

F’dawn l-ahhar granet, imbaghad dawn il-haddiema rcevew formula ta’ bidu ta’ mpjieg mill-Korporazzjoni ta’ l-Impjieg u t-Tahrig u flimkien mal-formola ntbaghtet ittra mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali fejn il-haddiema ntalbu jimlew formula ghall-impjieg gdid. Dan holoq certu paniku ghax dawn il-haddiema hasbu li se jergghu jghaddu minn xi burraxka ohra u se jergghu jigu mpjegati band’ohra. Biex tkompli tghaqqad xi gurnata jew tnejn wara rcevew formoli ta’ terminazzjoni ta’ l-impjieg – dan kompla zied il-paniku fost dawn in-nies u l-familji taghhom.

Li gara huwa li dak li suppost sar xhur ilu, beda jsir issa. Dawn il-haddiema nhasdu mhux ftit b’dawn il-formoli u korrispondenza f’daqqa meta dawn minghalihom li kollox kien f’postu – nahseb hadd ma jaghtihom tort ghar-reazzjoni taghhom.

Kien hemm min kellu dubju u ma emminx li din kien semplici inefficjenza u biex niccaraw l-affarijiet ghamilt mistoqsija parlamentari biex jigi assigurat li dawn il-formuli mhux se jkunu ta’ pregudizzju ghad-drittijiet ta’ dawn il-haddiema. Il-Vici Prim Ministru kkonferma li dan kien semplicement ezercizzju ta’ aggustar ta’ l-isem ta’ l-employer u ddikjara li “mhu se jitnaqqsilhom xejn mill-kundizzjonijiet inerenti li dejjem kellhom mal-Gvern, inkluza s-seniority”.

Hassejt li kelli naghmel din id-domanda biex inserrah mohh dawk kollha li nkwetaw mhux ftit b’din il-bicca xoghol. Però bir-rispett kollu lejn min huwa nkarigat minn dawn l-affarijiet, din hija inefficjenza kbira ghax mhux sewwa li dawn il-haddiema titrattahom b’dan il-mod.

Bhalissa fost il-haddiema tal-Gvern f’Ghawdex qieghda tirrenja tensjoni kbira u bir-ragun kollu dawn l-haddiema ma fdawx u bezghu li kienet qieghda tigri xi haga minn wara daharhom. Il-haddiema tal-Gvern jghidulek li min hu tal-qalba jgawdi u hadd ma jghidilhom xejn, u min mhuwiex, irid jitghabba bix-xoghol ta’ haddiehor u Allahares igorr ghax jerfghulu salibu.

Dan mhux mod ta’ kif titratta l-haddiema u minn hawn tispikka d-differenza bejn dan il-Gvern u l-Partit Laburista li dejjem kien it-tarka tal-haddiem. Huwa ghalhekk li din is-sena il-Partit Labursita se jiccelebra bil-kbir u b’differenza Jum il-Haddiem biex jaghti sinjal car lill-haddiema taghna li ahna jimportana minnhom. Ghalhekk inheggeg lill-haddiema Ghawdxin u lill-familji taghhom biex jinghaqdu maghna mhux f’Jum il-Haddiem biss imma tul il-mixja kollha biex verament jigu salvagwardjati d-drittijiet u d-dinjità taghhom.

© 2007 - Justyne Caruana