Stqarrija f’Jum Zghazagh - 2007.

L-Orizzont (21-03-2007)

Il-Partit Laburista, permezz tal-kelliema Justyne Caruana u Carmelo Abela, awgura Jum iz-Zghazagh it-tajjeb liz-zghazagh Ghawdxin u Maltin kollha.

Stqarrija kongunta tal-Kelliem Ewlieni ghall-Edukazzjoni, Zghazagh u Kultura, Carmelo Abela, u l-Kelliema ghaz-Zghazagh, Kultura u Sports, Justyne Caruana, qalet li z-zghazagh huma l-prezent u l-futur, u huwa l-obbligu ta’ kull gvern li jinvesti fihom biex ghada pitghada jkollna socjetà ahjar.

Il-Gvern ghandu jobbliga ruhu li jara li l-gejjieni taz-zghazagh ikun sod u sigur, fejn ikunu jistghu jissodisfaw l-aspirazzjonijiet taghhom, jirrealizzaw lilhom infushom biex eventwalment isibu posthom fis-socjetà, qalu Caruana u Abela.

Huma komplew jghidu li s-sitwazzjoni fil-pajjiz hija difficli ghal kulhadd, aktar u aktar minhabba n-numru ta’ zghazagh li qieghdin jisfaw minghajr impjieg. Dan in-numru sfortunatament qieghed dejjem jikber specjalment fil-kategorija ta’ taht it-30 sena u b’mod partikolari f’Ghawdex.

Qieghed jizdied ukoll in-numru ta’ zghazagh li jispiccaw mill-Università u mhux jirnexxilhom isibu impjieg relatat ma’ l-istudji taghhom.

L-istqarrija tkompli tghid li l-Gvern qieghed jonqos mill-weghdiet li ghamel qabel l-elezzjoni li se jkun hawn iktar opportunitajiet ta’ xoghol. Il-Gvern qieghed jonqos milli b’mod konkret u immedjat jindirizza l-problemi ta’ qghad fost iz-zghazagh ta’ taht it-30 sena.

L-aktar haga li tispikka izda hija l-apatija ta’ dan il-Gvern f’kull qasam, taht il-pretensjoni li kollox miexi tajjeb. Kulhadd jaf ir-realtà x’inhi u l-poplu wera l-ghadab tieghu ghat-tmexxija ta’ Gvern Nazzjonalista fl-ah-har elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali fejn il-Partit Laburista gab il-maggoranza assoluta tal-voti.

Justyne Caruana u Carmelo Abela qalu li z-zghazagh ghandhom bzonn ta’ inkoraggiment mhux biss f’dan il-jum iddedikat ghalihom, li fihom isiru l-festiggjamenti.

Iz-zghazagh taghna ghandhom hafna x’joffru u dan narawh fil-qasam tal-volontarjat fost ohrajn. Izda nemmnu li z-zghazagh ghandhom bzonn sapport biex ikunu jistghu jesprimu l-energija pozittiva taghhom. L-ghan tal-Gvern ghandu jkun li johloq opportunitajiet u zbokki f’diversi oqsma.

Il-Partit Laburista dejjem kien fuq quddiem nett biex joffri kull spazju possibbli liz-zghazagh biex isemmghu lehinhom imma iktar minn hekk biex jippartecipaw bl-iktar mod attiv.

Fil-fatt iz-zghazagh fit-tmun tal-grajjiet huwa kuncett principali fil-politika tal-Partit Laburista dwar iz-zghazagh u huwa tema rikorrenti anke fid-dokument dwar iz-zghazagh, qalet l-istqarrija.

Fl-ahharnett Caruana u Abela qal li jridu jwasslu messagg u jesprimu s-solidarjetà taghhom ma’ dawk iz-zghazagh kollha li bhalissa jinsabu f’diffikultà. Huma weghdu l-appogg tal-Partit Laburista mhux f’din il-gurnata biss, ghax jemmnu li l-appogg ghandu jkun kontinwu u bis-serjeta.

© 2007 - Justyne Caruana