|
|
||||
|
Sena Gdida. |
||||
| L-Orizzont (04-01-2007) | ||||
|
Bl-ghajnuna ta’ Alla ergajna bdejna sena gdida – sena li fiha qeghdin nistennew hafna kambjamenti. Qed nghid dan ghax huma hafna l-ispekulazzjonijiet li din is-sena se tissejjah elezzjoni – elezzjoni bikrija imma li però ahna ta’ twemmin Laburista kif ukoll dawk kollha li qeghdin ihossu l-bzonn tal-bidla, qeghdin nistennew illum qabel ghada. Ghal dawn l-ahhar zminijiet taht Gvernijiet Nazzjonalisti, tkun taf li gejja elezzjoni. Normalment il-hajja f’Ghawdex u l-andament tal-Gvern f’Ghawdex jimxi bil-lajma wisq. Imbaghad meta jkun gej xi rawnd ta’ elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali nibdew ninnotaw il-moviment – ta’ bankini li jibdew isiru, ta’ toroq li jibdew jinghataw l-ucuh, ta’ konkos li jittiehed fir-raba’ biex isiru r-rampi ghall-bdiewa, ta’ bozoz li jibdew jitwahhlu u jinbidlu l-mahruqin. Insomma, l-irtokki tas-soltu biex taparsi “ara kemm qeghdin nahdmu u kemm ghandna ghal qalbna lil Ghawdex taghna”. Però dan l-ahhar f’Ghawdex qeghdin ninnotaw certu moviment iktar minn dak tas-soltu li jindika li gejja elezzjoni. Din id-darba l-Partit Nazzjonalista ma ghadx fadallu karrotti imma jrid jinzel jikkombatti fl-arena u lill-poplu jrid jurih x’ghamel. Allura x’gara u x’qed jigri? Dawk il-progetti ghal Ghawdex, li ilhom jistaghgbu bihom is-snin u li qatt ma saru, bdewhom f’daqqa biex taparsi ‘ara kemm qeghdin nahdmu’. Li gara huwa li ghandek diversi partijiet f’Ghawdex maqlughin f’daqqa u qed jinholoq tfixkil u inkonvenjent kbir. Apparti minnhekk, minn kif sejrin l-affarijiet, tidher bic-car l-inkompetenza ta’ dan il-Gvern ghax minkejja li jghidu li jsiru l-istudji u stimi qabel ma jibdew il-progetti, dawn jidher li jsiru ghalxejn biex ma nghidx li qeghdin isiru hazin ghax malli jibda x-xoghol jew qed jizdied il-prezz jew inkella jirrizulta li l-affarijiet riedu jsiru mod iehor. Dan juri bic-car ukoll kemm il-Gvern imdorri ma jaghmel xejn ghax malli jibdew jaghmlu xi haga jibdew jitfixklu f’saqajhom. Min jahseb li qed niehu gost bid-deni qed imur zmerc. Jiena niehu gost bl-avvanz li jsir f’Ghawdex u tugghani qalbi nara dawn il-paprati jsehhu meta l-poplu qed ihallas il-miljuni kbar ta’ liri ghalihom. Din mhi xejn ghajr hela minn fuq dahar il-poplu meta kulhadd jghidlek kif inhu mifni bl-gholi tal-hajja u l-kontijiet. Din is-sena hafna kienu dawk li kellhom joqoghdu lura fir-rigali u l-hrug minhabba nuqqas ta’ finanzi. L-iskop tieghi llum huwa li niftah l-ghajnejn tal-poplu u li mhux imbilli qed isir certu xoghol ifisser li ghandna Gvern li qed jistinka ghal Ghawdex. Li kieku kien veru hekk, dan il-moviment kellu jkun dejjem matul kull legislatura ta’ kull Gvern Nazzjonalista u mhux issa fl-ahhar biex naqtghu z-zigarelli qabel l-elezzjoni. Insomma j’Alla din is-sena tkun sena mill-aqwa u l-poplu Ghawdxi jkollu l-Gvern li verament jixraqlu – Gvern Laburista. Is-Sena t-Tajba lil kulhadd.
|
||||
|
©
2007 - Justyne Caruana
|