Nibqghu Saqajna ma' l-Art.

L-Orizzont (17-08-2006)

Nhar il-Hadd li ghadda l-gazzetta Malta-today ippubblikat stharrig li sar fost l-Ghawdxin dan l-ahhar. Minn dan l-istharrig irrizulta li l-Partit Nazzjonalista naqqas iktar minn 14% ta’ l-appogg tieghu f’Ghawdex. Dan ahna l-Laburisti nafuh u nhossuh ghax l-appogg favur taghna zdied u n-Nazzjonalisti jafuh iktar u ghalhekk qeghdin jaghfsu iktar fuq Ghawdex u lill-Ghawdex qeghdin isemmuh dejjem iktar. Però, kif dejjem nghid, ghandna noqoghdu attenti. L-ewwel u qabel kollox ghandna nzommu saqajna ma’ l-art u t-tieni u l-ikbar twissija tmur lejn il-poplu Ghawdxi biex ma jhalli lil hadd jerga’ jqarraq bih.

In-Nazzjonalisti qeghdin jipprovaw jaghmlu minn kollox u jiddubbaw b’kollox u b’kulhadd biex jipprovaw jidhru sbieh ma’ l-Ghawdxin. Il-hsara li ghamlu f’dawn l-ahhar snin lill-gzira Ghawdxija u lill-poplu Ghawdxi qeghdin jipprovaw jghattuha b’laghqa zebgha li normalment tmur wara li tghaddi l-elezzjoni. Jiena l-hidma tieghi hija fost il-poplu u naf b’dak li ghaddejjin minnu n-nies u hawn tbatija kbira. Waqt il-panigierku ta’ Santa Marija minsug mill-Isqof Mario Grech dawn l-affarijiet semmihom u sahaq fuqhom. Qalilna li mhux billi hawn min jghid li kollox miexi fuq ir-rubini ghax ir-realtà hija differenti. Qalilna biex noqoghdu attenti, inkunu konxji u nghinu lil min qed ibati fis-socjetà taghna. Allura din mhix kwistjoni ta’ politika partiggjana imma ta’ gid komuni ghall-poplu Ghawdxi. Din ghandha tkun hidma kontinwa u mhux ta’ qabel l-elezzjoni biss – u ghalhekk il-poplu qed ihossu mqarraq u ghalhekk ir-rizultat ta’ l-istharrig.

U li kieku l-istharrig sar aktar tard, il-persentagg li semmejt fil-bidu kien ikun akbar – specjalment li kieku gew intervistati n-nies tal-Qala. Qed nghid dan ghax qed jerga’ jtektek b’certu qawwa l-izvilupp li kien propost fil-bajja sabiha ta’ Hondoq ir-Rummien.

Il-poplu tal-Qala digà esprima ruhu permezz ta’ referendum li dan l-izvilupp ma jriduhx u hija hasra li jsir zvilupp ta’ dak il-kobor li jhassar bajja bhal dik fl-istat naturali taghha u jcahhad lill-poplu tal-Qala minn dan l-post tant ghall-qalbhom fejn imorru jirrikrejaw ruhhom flimkien mal-familji taghhom.

Lil dawk il-pampaluni Nazzjonalisti li jippoppaw sidirhom favur Ghawdex nghidilhom fejn intom ghan-nies tal-Qala? Jew fejn jidhlu certu zviluppaturi naghlqu ghajnejna t-tnejn bhal ma gara fil-kaz tad-‘Duke’ fir-Rabat? Il-poplu dawn l-affarijiet ghandu jara u jizen. Jiena b’wicci minn quddiem nghid li l-Partit Nazzjonalista qed juza lill-Ghawdex u lill-Ghawdxin u hemm bzonn li dan jarah kulhadd.

Nhar is-Sibt li ghadda gew mgharrqin zewg qxur tal-bahar biex l-ghaddasa jkollhom attrazzjoni. Din hija xi haga tajba hafna u ta’ min jippromwoviha u jfahharha ghax kif nafu t-turizmu f’Ghawdex sejjer lura u allura hemm bzonn ta’ inizjattivi godda biex dan is-settur jiehu r-ruh.

Dan hu settur li hu stess jinsab f’qiegh il-bahar. Id-daqqa fit-turizmu tirrifletti ruhha bi kbir f’Ghawdex.

© 2007 - Justyne Caruana