|
|
||||
|
Lura lejn l-iskola. |
||||
| L-Orizzont (28-09-2006) | ||||
|
Din il-gimgha regghet bdiet l-iskola. Ghal hafna mit-tfal l-ewwel jum fl-iskola jfisser dwejjaq fil-waqt li ohrajn imbaghad ikollhom hegga kbira biex jergghu jibdew sena skolastika ohra. Id-dwejjaq jew ferh li dawn it-tfal taghna jhossu fl-ewwel gurnata ta’ l-iskola jigi determinat ukoll mill-ambjent fiziku ta’ l-iskejjel taghna. Dan l-ahhar il-Gvern habbar li f’Ghawdex se jsir investiment ta’ tliet miljuni lira Maltin biex tinbena mill-gdid l-iskola sekondarja tas-subien Ninu Cremona. Kull min ihobb lil Ghawdex u ghandu ghall-qalbu l-istudenti taghna jiehu gost b’dawn it-tip ta’ ahbarijiet. Però ‘about time’ li ssir xi haga hekk f’Ghawdex. Ta’ min jghid li skond mistoqsija parlamentari numru 6935 fl-2004 il-Gvern nefaq biss Lm3,327 ghall-iskejjel kollha f’Ghawdex. Din hija somma mizera hafna meta wiehed iqis kemm dan il-Gvern jghid li ghandu ghal qalbu l-edukazzjoni specjalment f’Ghawdex! Zgur li l-iskejjel ta’ Ghawdex ghandhom hafna bzonnijiet li mhux se jittaffew bi Lm3,327 biss. U meta nsemmi l-bzonnijiet ta’ l-iskejjel ma nistax ma nsemmix l-iskola primarja tax-Xewkija Rosa Magro. Din l-iskola ilha zmien twil fi stat dilapidat hafna bil-kap ta’ l-iskola li damet tressaq l-ilmenti taghha ghal diversi snin li però jidher li kienu qeghdin jaqghu fuq widnejn torox. Meta mbaghad l-iskola sfat fi stat ikkundannat il-Gvern stenbah u ddecieda li jibda jaghmel xi haga. Skond il-Ministru ghal Ghawdex minn risposta li tatni l-Parlament ma kien hemm ebda periklu ghat-tfal u dan meta kien hemm bicciet tal-konkos li kienu qeghdin jaqghu mis-saqaf! Il-genituri ma qablux ma’ dak li ddikjarat il-Ministru u ddecidew li jigbru petizzjoni li jien bil-qalb kollha poggejt fuq il-Mejda tal-Parlament. Jidher li l-Ministru kienet hadet ghaliha ghax skond hi ma kienx hemm periklu. Forsi kien ilha ma tmur f’din l-iskola u allura ma tafx. Issa li regghet bdiet l-iskola, ix-xoghol ghadu nofs lehja u t-tfal dahluhom fl-irwejjeh taz-zebgha. Nisperaw li jekk il-genituri jilmentaw li wliedhom huma esposti ghal xi periklu ma jkunx hemm xi hadd li jiehu ghalih! Imma ahjar hekk milli jkun hemm xi hadd jghajrek li inti bla snien u jheggek tarma d-dentatura biex tigdem. Ghax bhallikieku m’ilhomx jigdmu lill-poplu 20 sena! |
||||
|
©
2007 - Justyne Caruana
|