|
Charlon Gouder fuq il-programm Vici Versa specjali minn Ghawdex, staqsieni l-Partit Laburista x’qed jistenna minn Ghawdex fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Bl-iktar mod skjett u dirett ghidtlu li l-Partit Laburista qed jistenna r-risposta tal-poplu Ghawdxi ghall-inefficjenza ta’ Gvern Nazzjonalista.
Hekk gara u hekk kellu jkun ghax il-poplu Ghawdxi mhux ta’ subghajh f’halqu. In-Nazzjonalisti provaw jaghmlu minn kollox biex jipprovaw jilludu lill-poplu li mhux qeghdin jaghtu kas ta’ dawn l-elezzjonijiet. Min se jemminhom?!
Il-Prim Ministru u l-Kabinett kollu tieghu, f’dawn l-ahhar gimghat bdew gejjin u sejrin Ghawdex bi frekwenza li qatt ma rajna bhalha. Il-Prim Ministru nnifsu dam granet shah il-Munxar ihabbat il-bibien tal-Munxarin. Dan apparti l-hidma intensiva li saret fl-ahhar granet f’diversi lokalitajiet minn diversi esponenti tal-Partit Nazzjonalista. Anke s-Sibt stess, nhar l-elezzjonijiet, il-Prim Ministru flimkien mas-Segretarju Generali Joe Saliba u deputati Ghawdxin kienu qeghdin iduru l-lokalitajiet biex ikomplu jheggu lin-nies sabiex jivvotaw ghall-kandidati taghhom. Minn kollox ghamlu f’Ghawdex biex jipprovaw jikkonvincu lin-nies. Min jaf jekk uzawx xi frosta!
Ghamlu x’ghamlu u ghamlu kemm ghamlu, l-Ghawdxin ma emmnuhomx, tant li f’Ghawdex kellna ‘swing’ rekord ta’ 6% favur il-Partit Laburista. Ghamilna rebha kbira fix-Xaghra u hadnilhom it-tmexxija tal-Kunsill, zidna kunsillier fil-lokalitajiet ta’ San Lawrenz u Zebbug kif ukoll zidna l-voti fil-lokalitajiet l-ohrajn kollha.
Hdimna bis-shih bhala tim wiehed u maghqud u rnexxielna nikkonvincu lill-poplu Ghawdxi li l-Partit Laburista dejjem kien qribna u jimportah minna. Mhux bhan-Nazzjonalisti li bdew gejjin wiehed wara l-iehor denbhom taht il-blat fl-ahhar ftit qabel l-elezzjoni – qisna ahna l-Ghawdxin qieghdin ghaz-zejjed u n-nieqes.
Il-poplu tkellem u esprima ruhu u l-Gvern issa qed jiggverna minghajr maggoranza. Il-poplu Ghawdxi mxebba’ u jrid il-bidla – irid lill-Partit Laburista fil-Gvern.
Minn qalbi nirringrazzja lill-kandidati kollha li kkontestaw f’isem il-Partit Laburista f’dawn l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Nifrah u nawgura lill-kunsillieri eletti li lesti b’ruhhom u gisimhom biex jahdmu ghal-lokalitajiet rispettivi taghhom biex verament jaghmlu d-differenza. Ilkoll flimkien bhala tim wiehed lesti biex nahdmu bis-shih ghal rebha kbira Laburista fl-elezzjoni generali li jmiss. U lil min ghandu s-suffara f’halqu nghidlu “saffar u ddumx ghax qed tiggverna minghajr maggoranza”.
|