L-anzjani fir-residenza Sant'Anna.

L-Orizzont (31-08-2006)

Is-sajf qieghed joqrob lejn tmiemu u l-granet issa qeghdin jiffriskaw ftit ukoll. Hafna huma dawk li qeghdin jiehdu r-ruh li qieghda ttaffi xi ftit is-shana, fosthom l-anzjani Ghawdxin, li qeghdin fir-residenza ta’ Sant’Anna, fl-Isptar Generali ta’ Ghawdex. Din is-sala saret ricentement u swiet eluf kbar ta’ liri lill-poplu. Hija sala sabiha hafna u hija akkoljenti izda huma hafna li jghidu li minkejja l-flejjes kbar li ntefqu x-xoghol ma sarx daqshekk tajjeb, per ezempju, is-soffit li kien rega’ nqala’ wara ftit.

Dan is-sajf ukoll is-sistema ta’ l-arja kkundizzjonata fis-sala Sant’Anna iktar ma kinitx tahdem milli tahdem. Kienu hafna dawk il-qraba tar-residenti li hadu fannijiet maghhom biex itaffu ftit is-shana ta’ dawn l-anzjani. Jiena mort inzur lil xi hadd u s-shana li kien hemm kienet tremenda u insapportabbli. Ovvjament jien mort ghall-ftit hin ahseb u ara l-anzjani u l-haddiema kemm batew f’dawn il-granet ta’ shana kbira. Ilmenti saru diversi drabi izda jidher li ma tawx rizultati tajbin. Fil-frattemp l-anzjani u l-haddiema ghaddew sajf ibatu minn dan l-inkonvenjent. Din mhux l-ewwel darba li grat izda minflok qieghda tigi ndirizzata l-problema, qeghdin nipprovaw inraqqu l-pannu bil-qara ahmar biex taparsi qeghdin naghmlu xi haga u l-problema xorta tibqa’ hemm. Hekk jahdem il-Gvern f’Ghawdex!

Kien hemm zmien li minkejja li kien hemm il-wisa’ f’din is-sala xorta wahda ma kinux qeghdin jiehdu pazjenti ghax ma kienx hemm bizzejjed staff bil-konsegwenza li kien hemm ifullar fis-sala tan-nisa b’hafna anzjani li spiccaw fil-kurudur. Ir-raguni li ma kienx hemm staff hija ghax skond il-Ministru Deguara jigux iktar nurses fl-Isptar Generali ta’ Ghawdex jiddependi mill-bzonnijiet ta’ l-isptar f’Malta u ahna kontinwament niffaccjaw problemi minhabba nuqqas ta’ staff.

Jiena jiddispjacini mhux ftit ghal dawn l-affarijiet ghax ahna taxxa daqs haddiehor inhallsu u allura ghandu jkollna dritt ghal servizz ta’ sahha dicenti. L-anzjani tar-residenza Sant’Anna jhallsu mill-pensjoni taghhom biex qeghdin hemm u l-fatt li ghaddew il-bicca l-kbira tas-sajf f’dik is-shana huwa trattament inuman u dan meta nafu li l-anzjani huma iktar vulnerabbli ghas-shana. Dan il-fatt ghandu jhammar wicc dan il-Gvern insensibbli izda dawn qishom xejn m’hu xejn u kollox jibqa’ ghaddej qisu mhux huwa.

Ma nixba’ qatt infahhar lill-istaff ta’ l-lsptar Generali ta’ Ghawdex ghad-dedikazzjoni u l-mpenn taghhom f’xogholhom. Izda ma jistax ikun li dawn il-haddiema jkomplu jahdmu f’dawn il-kundizzjonijiet.

Din il-gimgha fid-djar f’Ghawdex gie mqassam fuljett dwar il-hidma tal-Gvern f’Ghawdex. Ghalkemm nifhem li l-propaganda hija importanti kien ikun iktar utli u ta’ gid li l-flus li ntefqu f’dan il-fuljett marru ghall-bzonnijiet tal-pazjenti taghna specjalment dawk l-anzjani tar-residenza Sant’Anna.

© 2007 - Justyne Caruana