Il-Kritika li qieghda ddejjaqhom.

L-Orizzont (15-02-2007)

Nhar it-Tnejn li ghadda fil-Parlament, il-Ministru ghal Ghawdex qalet li ahna tal-Partit Laburista qabadna l-paniku ghax qeghdin naraw certu xoghol isir f’Ghawdex. Dan huwa atteggjament u diskors tipiku ta’ dawk li minghalihom li x-xemx f‘Ghawdex bdiet titla’ kemm ilhom in-Nazzjonalisti fil-Gvern. Imma min ghandu zmien iktar minni jaf u jiftakar sew li qabel ma kien hemm gvernijiet Laburisti, f’Ghawdex torba, qamel u guh kien hawn. Kien biss bis-sahha ta’ Gvernijiet Laburisti li Ghawdex u l-Ghawdxin hadu r-ruh.

Qaltilna li ahna niehdu gost immaqdru. Il-verità hija li l-kritika li naghmlulha qed iddejjaqha u qed tqabbadha certu paniku. Ghandha ghalfejn tippanikja tafux, ghax il-garra gejja u sejra, fl-ahhar tinkiser u z-zejt dejjem tela’ f’wicc l-ilma. Tant qed tippanikja li f’daqqa habbret li se taghmel hafna affarijiet ghall-gid ta’ Ghawdex.

Imma li kieku l-Gvern verament kellu ghal qalbu lil Ghawdex, kieku nghid jien dawn l-affarijiet kollha ma kienx ihabbarhom fil-bidu tal-legislatura biex forsi l-poplu jara xi haga minnhom? Imma dawn mhux hekk ghamlu – habbruhom issa fl-ahhar. Mela fl-ahhar tista’ taghmel xi haga bis-sens? Dawn hasbu li l-poplu ta’ subghajh f’halqu qisu mhux kulhadd fehem din id-dahka fil-wicc x’inhi!

Il-paniku tal-Gvern jidher ukoll mill-mod ta’ kif gie trattat il-progett komunali ghal Ghawdex. Ghal snin shah ilna nisimghu dwar dan il-progett fantazma u sena wara ohra kien jiffigura bhala ‘item’ fl-estimi tal-bagitt. Issa mbaghad jigu jghidulna li dan il-progett fantazma gie rikonsidrat ghax se tinbena l-iskola l-gdida “Ninu Cremona” u biswit se jinbena wkoll il-Qorti u l-parkegg.

Dwar il-Qorti jien l-ewwel wahda li naqbel li ghandu jigi rilokat minn fejn hu fil-prezent ghax ma jaqdix l-esigenzi tal- lum u ghandna problemi kbar ta’ accessibilità ghall-anzjani u persuni bi bzonnijiet specjali. Però ghandi dubji serji dwar kemm hu idoneju l-post indikat ghall-bini tal-Qorti l-gdid. L-esperti fil-qasam jghidulna li kemm jista’ jkun lit-tfal u l-adoloxxenti nbieghduhom mill-ambjent tal-Qorti anke meta jkunu akkuzati b’reati. Fil-fatt il-Qorti tal-Minorenni huwa separat mill-bini tal-Qorti appuntu ghal din ir-raguni. Però fil-kaz tal-Qorti l-gdid ta’ Ghawdex se jsir bil-kontra – se niehdu l-Qorti qrib l-iskejjel u allura qrib it-tfal u l-adoloxxenti.

Niddubita kemm sar studju dwar dan l-aspett però jekk ma sarx dan huwa nuqqas kbir u serju li juri bl-iktar mod car stat ta’ paniku f’hiex iwasslek – igieghlek titlef il-boxla. Insomma l-Gvern ilu bil-boxla mitlufa f’Ghawdex u rridu nkunu ahna Gvern Laburista gdid li se nzommu t-tmun ta’ Ghawdex sod.

 

© 2007 - Justyne Caruana