Il-Konferenza.

L-Orizzont (01-02-2007)

Din il-gimgha se tiltaqa’ l-Konferenza Generali Annwali tal-Partit Laburista u fost id-dokumenti li se jigu pprezentati lill-konferenza ghall-approvazzjoni ghandna d-dokument dwar iz-zghazagh.

Dan id-dokument huwa pozittiv hafna u qed juri kemm il-Partit Laburista ghandu ghall-qalbu z-zghazagh u kemm ghandna fiducja ghax nemmnu li z-zghazagh ghandhom hafna energija pozittiva u jistghu jkunu ta’ gid kbir biex pajjizna jimxi ’l quddiem.

Dan id-dokument huwa xprunat mill-kuncett ta’ gustizzja socjali u nixtiequ li z-zghazagh kollha f’pajjizna jimxu ’l quddiem. Iz-zghazagh Ghawdxin ghandhom prominenza kbira f’dan id-dokument u fil-fatt mil-laqgha ta’ ‘outreach’ li kellna mar-rapprezentanti ta’ l-istudenti Ghawdxin kif ukoll minn kummenti li rcevejna minghand diversi ghaqdiet taz-zghazagh f’Ghawdex u zghazagh ohrajn Ghawdxin fuq bazi individwali, jidher bic-car li dan id-dokument nizel tajjeb maghhom.

Nghid ukoll li anke kien hemm xi suggerimenti li eventwalment gew anke mdahhla fid-dokument innifsu. Dan ghalija u anke ghall-Partit huwa certifikat importanti hafna ghax iz-zghazagh Ghawdxin qeghdin jifhmu u jirrealizzaw kemm il-Partit Laburista huwa determinat li jghinhom b’kull mezz possibbli.

Fost il-proposti li nsibu, fuq quddiem nett ghandna x-xoghol. Hija realtà li f’Ghawdex huwa kwazi impossibbli ghaz-zghazagh taghna li jimpjegaw ruhhom u allura jkollhom anke jmorru jhabbtu l-bibien Malta u qed jizdied ukoll il-fenomenu ta’ l-emigrazzjoni.

Minbarra hekk hafna zghazagh gradwati mhux qeghdin isibu xoghol kompatibbli ma’ l-istudji li jkunu temmew u sahansitra jispiccaw f’impjiegi li ghalihom ikunu kkwalifikati zzejjed jew imhallsin ferm inqas. Gvern Laburista gdid jaghti nifs gdid lil Ghawdex biex jigu ggenerati l-impjiegi ghaz-zghazagh taghna kif ukoll isahhah is-settur tas-servizzi u jitkompla l-process li kien beda Gvern Laburista precedenti li x-xoghol b’lura tal-Gvern jigi processat Ghawdex biex b’hekk iktar haddiema tal-Gvern Ghawdxin jigu jahdmu f’Ghawdex stess.

Qeghdin nipproponu wkoll li jizdiedu l-korsijiet fl-MCAST, fic-Centru ta’ l-Università u l-ETC kif ukoll tinghata iktar ghajnuna lill-istudenti Ghawdxin li jattendu korsijiet Malta kemm l-Università kif ukoll l–MCAST. Tizdied l-ghajnuna ghat-trasport li tinghata lill-haddiema Ghawdxin li jahdmu Malta. Gvern Laburista gdid jimpenja ruhu li dawn il-pagamenti jsiru fi zmien ragonevoli u dan ghax taht il-Gvern prezenti l-pagamenti jsiru dejjem diversi xhur wara li jkunu dovuti.

Minbarra hekk qeghdin ninkoraggixxu l-partecipazzjoni taz-zghazagh u ghaldaqstant jinghata lehen lir-rapprezentanti taz-zghazagh Ghawdxin fil-Kunsill Regjonali ghal Ghawdex. Minbarra hekk Gvern Laburista gdid jidhol f’diskussjonijiet mar-rapprezentanti ta’ l-istudenti Ghawdxin dwar il-possibbiltà ta’ ftuh ta’ hostel li jkun finanzjat flimkien mill-Gvern ghall-istudenti Ghawdxin li jistudjaw f’Malta biex b’hekk itaffi l-problemi ta’ akkomodazjoni ta’ l-istudenti taghna.

Partit Laburista dejjem kien, ghadu u jibqa’ kommess li Ghawdex jiffigura fi prominen- za fl-agenda tieghu u dan id-dokument huwa prova konkreta u cara ta’ kemm Gvern Laburista gdid se jahdem ghal Ghawdex u ghall-Ghawdxin.

© 2007 - Justyne Caruana