Kategorija ta' Nies

L-Orizzont (25-05-2006)

Tikber u titghallem, u jekk ma titghallimx jghallmuk. Proprju nhar it-Tnejn li ghadda ghamilt mistoqsija parlamentari lill-Ministru ghas-Sahha, Deguara, li ggib in-numru 19074. Permezz ta’ din il-mistoqsija jiena saqsejt lill-Ministru ghaliex l-avviz li kien hemm fl-outpatients f’St Luke’s, li kien jghid li l-Ghawdxin ghandhom precedenza, tnehha u saqsejt jekk l-Ghawdxin ghadx baqghalhom precedenza jew le. Domanda li ghamiltha ghax gibduli l-attenzjoni dwarha diversi nies, domanda flokha u, fl-opinjoni tieghi, li saret bil-prudenza kollha.

Ibda biex, il-Ministru, fir-risposta tieghu, sejjah lilna l-Ghawdxin bhala kategorija ta’ nies qisna xi tim tal-futbol u qal ukoll li ma jidhirlux li ghandha tibqa‘ tinghata din il-precedenza ghax issa l-appuntamenti qeghdin jinghataw bil-hin u t-tragitti bil-vapur zdiedu.

U jiena, meta qrajtha din, ma flahtx u waqt il-‘question time’ fil-Parlament ghamilt xi mistoqsijiet supplimentari u l-Ministru kompla jghaffeg u jinsisti fuq il-pozizzjoni tieghu.

Dan il-Ministru, li suppost ghandu ghall-qalbu s-sahha tal-poplu kollu, zgur li ma jimportahx mill-inkonvenjenti kbar li ahna l-Ghawdxin ghandna biex immorru l-isptar f’Malta.

L-ewwelnett, ahna ghandna dritt li ninqdew fl-isptar taghna f’Ghawdex ghax bil-ftahir kollu ta’ dan il-Gvern dwar l-Isptar Generali ta’ Ghawdex, il-fatt jibqa’ li hafna servizzi f’Ghawdex ma jinghatawx, makkinarju m’hemmx u n-nies li jahdmu fl-isptar ta’ Ghawdex, huma ta’ min jammirahom ghax fil-kundizzjonijiet li qeghdin verament jaghmlu l-mirakli mal-pazjenti.

U mbaghad, x’inhi d-diffikultà li din il-precedenza tibqa‘ tinghatalna jekk qabel kienet tinghata u ma jidhirx li kien hemm problemi? Jekk is-sistema hija bl-appuntament, ghaliex l-Ghawdxin ma jinghatawx l-ewwel appuntamenti biex ma joqghodux jistennew?

Nahseb li l-Ministru Deguara ma jirrealizzax li biex Ghawdxi, minn Ghawdex, imur sa St Luke’s u lura jrid bejn tliet sighat u nofs sa erbgha sighat u dan minbarra l-ispejjez tat-tragitt! U mbaghad dwar it-tragitti li qal li zdiedu, fis-sajf vera li jizdiedu imma fix-xitwa l-istess jibqghu! Dawn xi skuzi banali huma?!

U meta toqghod tahseb ftit, l-atteggjament ta’ dan il-membru tal-Kabinett tal-Gvern Nazzjonalista jistona mhux ftit ma’ dak li kienu qed jghidu shabu dan l-ahhar fuq Ghawdex, itambru u jtambru fuq Ghawdex biex jippruvaw jidhru sbieh ghall-voti. U mbaghad jigi Ministru minnhom li wriena kemm jibzghu ghalina dawn u kemm verament ahna mportanti ghalihom. Veru li mill-kliem ghall-fatti hemm bahar kbir jikkumbatti u Deguara tana prova ta’ dan kollu.

U jien lill-poplu Ghawdxi nghidlu biex jahseb u jixtarr fuq dan kollu halli meta jigi l-mument jaghmel d-decizjoni t-tajba.

 

© 2007 - Justyne Caruana