Jinhass ir-rih tal-Bidla.

L-Orizzont (29-03-2007)

F’Ghawdex ir-rih tal-bidla issa beda jinhass sew. Bhal ma jghidu n-nies iggib in-nies u iktar Ghawdxin qeghdin jemmnu li l-Partit Laburista huwa l-partit ta’ Ghawdex.

Il-Partit Laburista dejjem kien onest mal-poplu Ghawdxi u dan jikkontrasta bil-kbir mal-Partit Nazzjonalista. Il-Partit Nazzjonalista dejjem uza lil Ghawdex ghall-finijiet tieghu u mbaghad x’hin jilhaq l-iskop tieghu jwarrbu bhal-lummija maghsura. Dan in-nies qed thossu u n-Nazzjonalisti tilfu hafna mill-kredibbiltà li seta’ kellhom.

Tmur fejn tmur u tmur f’liema dipartiment tmur, jinhass l-effett ta’ tmexxija hazina tal-Gvern. Minkejja li f’Ghawdex ghandna haddiema validi hafna li jaghmlu minn kollox biex il-gurnata tax-xoghol taghhom jaghtuha sew, jiltaqghu ma’ ntoppi kbar minhabba nuqqas ta’ rizorsi jew haddiema.

L-isptar per ezempju huwa post sensittiv hafna ghax hemm involuti l-pazjenti bi problemi ta’ sahha. Hemm nuqqas ta’ staff, makkinarju u medicini u allura l-haddiema jkollhom jaraw kif se jaghmlu biex ipattu ghal dawn in-nuqqasijiet. Fin-naha tax-‘short stay’ tal-fergha mentali lanqas siggijiet u pultruni fejn joqoghdu l-pazjenti ma hemm u l-‘istaff quarters’ jinsab fi stat tal-biki. Jghidulhom li l-problema hija ta’ fondi.

Però s-sabiha hija din. Ftit ilu kont mistiedna ghall-kuncert organizzat minn ghaqda ta’ barranin residenti f’Ghawdex biex jingabru l-flus biex jinxtara l-makkinarju li huwa mehtieg fl-isptar ta’ Ghawdex. Dan il-kuncert kien taht il-patrocinju tal-Ministeru ghal Ghawdex. Filwaqt li l-ghan kien nobbli hafna, kien jistona ftit il-fatt li dan il-kuncert sar taht il-patrocinju tal-Ministeru.

Qed nghid dan ghax huwa dmir tal-Gvern li jipprovdi makkinarju ghall-isptar u fl-opinjoni tieghi kien jistona mhux ftit li l-Ministru kienet bil-qieghda hemm tgawdi l-kuncert u dawn in-nies jigbru l-flus ghal xi haga li suppost qed taghmel hi.

Dan huwa mezz gdid ta’ kif il-poplu stess qed ihallas ghall-bzonnijiet tieghu u l-Gvern iberbaq il-flus ’l hawn u ’l hemm u Alla jbierek hadd ma jaghti rendikont ta’ xejn. Ilkoll kemm ahna smajna bl-ispiza addizzjonali fuq it-Triq ta’ San Lawrenz.

Spejjez li saru jafu bihom waqt li kien ghaddej ix-xoghol qalulna. Imma skuzi, mela l-esperti x’kienu qeghdin jaghmlu? Skond is-sens komun ma tistax taghmel triq bla servizzi u mhu se jigi hadd jipprova jbella’ r-ross bil-labbra li dawn faqqsu wara.

Il-poplu ghandu dritt ikun jaf flusu fejn marru u Gvern responsabbli ghandu jaghti rendikont shih. Huwa inutli li ghal ghajn in-nies u l-medja toqghod tistieden lil Cikku l-Poplu jmur il-Ministeru jara l-fajls. L-iskrutinju ghandu jsir b’mod serju u professjonali u mbaghad naraw jekk xi hadd kellux xi haga x’jahbi jew le.

© 2007 - Justyne Caruana