|
|
||||
|
It-Terminal. |
||||
| L-Orizzont (23-11-2006) | ||||
|
Hafna li jigu Ghawdex, kemm turisti kif ukoll Maltin, jibqghu imsahhrin bis-sbuhija naturali tal-gzira taghna. Ghawdex ghandu karatteristici partikolari li jekk inkunu ghaqlin u nippromwovuhom tajjeb inkunu f’pozizzjoni li noffru esperjenza unika lil dawk kollha li jigi jzuruna. L-isfortuna hija li l-ewwel li tiekol hija l-ghajn. U proprju malli wiehed jasal Ghawdex isib ma’ wiccu massa ta’ konkrit mostruza li sena wara sena iktar qieghda ssir xena ta’ kruha u dizorganizzazzjoni. Qed nirreferi proprju ghax-xoghol li qed isir fit-terminal ta’ l-Imgarr. Dan il-progett ilu ghaddej snin twal fejn originarjament kellu jigi mod u jiswa mod u mbaghad bdejna nisimghu b’varjazzjonijiet, ridimensjonar, modifikazzjonijiet, il-prezz jinbidel kontinwament u miljuni ‘l hawn u miljuni ‘l hemm. Insomma froga shiha à la Gvern Nazzjonalista. Il-fatt jibqa’ li ghadna minghajr terminal u ghalkemm l-ewwel fazi hija lesta, it-tieni wahda ghadha lura hafna u sincerament nemmen li hemm perikoli kbar ghax waqt li ghaddej ix-xoghol fuq is-sit, il-Gozo Channel baqghet topera normali. Biex inkun dritta, dan ma jistax ikun mod iehor ghax ix-xoghol bejn Malta u Ghawdex ma jistax jieqaf. Però hemm bzonn ta’ ftit sens komun dwar sigurtà u mhux l-ewwel darba li waqt interventi l-Parlament gbidt l-attenzjoni dwar certu nuqqasijiet, li ghamilthom genwinament, ghax hemm perikli li bi ftit attenzjoni jistghu jigu evitati. Però ghadni sal-lum ma nistax nifhem xi pjanar sar dwar dan il-progett. Nixtieq inkun naf min kien wara l-ippjanar u kemm thallas minn fuq dahar il-poplu. Qed nghid dan ghax apparti r-ridemensjonar ecc, issa regghu qalghu r-rampa. Il-Ministru Censu Galea din il-gimgha, fil-Parlament, qalli li din hija stmata li se tiswa madwar Lm5,500 u se titlesta fl-ewwel gimgha ta’ Dicembru. Hawnhekk qed nitkellmu fuq rampa li kienet digà saret u saret meta l-vapuri kienu jafu kemm huma gholjin. Li gara huwa li meta ghamlu r-rampa, din saret gholja u wieqfa hafna u l-vetturi kienu qeghdin ihokku l-qiegh taghhom maghha. U jien dawn l-Lm5,500 nghid li huma mohlijin ghax bi ftit sens komun setghu gew iffrankati minn fuq dahar il-poplu u jigu utilizzati banda ohra. L-istess jinghad ghax-xoghol li qed isir fuq il-parti minn fejn se jinzlu l-passiggieri. L-ewwel ghamluh forma ta’ tarag imbaghad qalghuha biex issa hemm ippjanat li jsir escalator – li huwa ahjar m’hemmx dubju dwar dan. Imma nghid jien mela dawn ma jippjanawx minn qabel! It-tajba hija li l-ewwel jonfqu l-flus fix-xoghol u mbaghad wara li jaghmluh jergghu jaqilghu kollox. U dan kollu minn flus il-poplu li minnhom il-poplu ghadu ma gawda. |
||||
|
©
2007 - Justyne Caruana
|