Iffollar fl-Isptar.

L-Orizzont (18-01-2007)

Dan ix-xahar u dak li gej huma normalment assocjati mal-kesha u mal-mard. Ghalkemm din is-sena t-temp kien hanin maghna xorta wahda hawn hafna mard. Bhal dawn iz-zminijiet meta jkollok hafna influwenza u infezzjonijiet, tizdied l-incidenza tan-nies li jigu rikoverati l-isptar.

Sena wara ohra f’Ghawdex qeghdin ikollna swali ffollati u l-istaff mediku u paramediku jrid jara kif jaghmel biex ilahhaq max-xoghol kollu li jinqala’. Din is-sena ma kinitx eccezzjoni u jidher li r-rebus fl-Isptar Generali ta’ Ghawdex zdied, mhux naqas. Din is-sena ghandna pazjenti nisa li qeghdin jiddahhlu fis-swali ta’ l-irgiel ghax m’hemmx spazju.

Li ma nistax nifhem hu kif minn sena ghall-ohra, il-Gvern mhux jahseb ghal zminijiet ta’ emergenza u kontingenzi. Jidher li m’hemmx pjan u qed jinholoq paniku kull sena minhabba nuqqas ta’ ppjanar.

Minbarra hekk, ma nistax nifhem kif f’Ghawdex persuna li tigi rikoverata b’attakk tal-qalb fis-CCU jew ITU magenbha jista’ facilment ikollha persuna ohra rikoverata b’infezzjoni f’sidirha. Minn jaf kemm-il darba pazjent jidhol l-isptar jimxi u kemm idum hemm ilaqqat xi infezzjoni ghax magenbu jkun hemm pazjenti b’infezzjoni. Wasal iz-zmien li jkun hemm swali differenti u mard infettiv ikun fi swali ghalih. Dan mhux ta’ beneficcju tal-pazjent biss imma anke ta’ l-istaff li jkun jista’ jahdem ahjar.

asal iz-zmien ukoll li n-numru ta’ staff f’Ghawdex jizdied skond il-bzonn u l-esigenzi ta’ l-isptar ta’ Ghawdex. Wasal iz-zmien li dawk il-makni skaduti fl-Isptar Generali ta’ Ghawdex jintremew u jigi makkinarju gdid.

Dan l-ahhar ukoll kien hemm hafna tgergir minhabba l-fatt li fl-ispizerija ta’ l-isptar ta’ Ghawdex qed ikun hemm hafna pilloli neqsin. Dawn in-nies fil-maggoranza taghhom ikunu anzjani jew persuni li jiehdu l-beneficcji socjali u ghaddejjin minn tbatija kbira ghax minkejja n-nuqqas ta’ mezzi ma jistghux joqoghdu minghajr dawn il-pilloli u jkollhom jiccahhdu minn affarijiet ohrajn biex jixtru dawn il-medicini.

Ghawdex miexi minghajr direzzjoni u r-raguni hi li l-Gvern ma jimputartahx minn Ghawdex u mill-Ghawdxin.

 

© 2007 - Justyne Caruana