|
Wara li nhar is-Sibt li ghadda Malta kisbet l-aghar rizultat li qatt gabet fil-Eurovision Song Festival li sar f’Ateni, gewwa l-Grecja, id-Deputat Carmelo Abela, Kelliem Ewlieni Laburista ghall-Edukazzjoni Kultura u Zghazagh u Dr Justyne Caruana, Kelliema ghaz-Zghazagh, Sport u Kultura, ihossu li c-cermen flimkien mal-Bord tal-Malta Song ghandhom jirrizenjaw minnufih.
“Jidher car li l-hidma li suppost wettqu l-membri kollha ta’ l-istess bord ma tatx il-frott mixtieq u dan minkejja l-eluf ta’ flus li ntefqu”, huma qalu fi stqarrija.
Il-kelliema Laburisti spjegaw li apparti minn dan, ic-cirkostanzi prezenti jaghtu ragun ukoll lill-Oppozizzjoni Laburista li l-bordijiet mahtura mill-Gvern Nazzjonalista mhux qed jigu mahtura fuq kompetenzi, imma fuq hbiberiji.
“Hekk gara f’dan il-kaz. Fil-maggoranza taghhom il-membri mahtura fuq il-Malta Song Board gew mahtura minhabba kuntatti u hbiberiji li ghandhom mal-Gvern jew mal-Ministru, haga li mhux accettabbli”, sostnew Carmelo Abela u Justyne Caruana, waqt li appellaw lill-Gvern, anke fid-dawl tar-rizultat miksub, biex ikun aktar ghaqli u fil-qasam tal-kultura l-ghazliet ikunu ggwidati minn kompetenzi u hiliet.
Huma hadu l-opportunità biex jawguraw lil Fabrizio Faniello li jkompli jkollu karriera sabiha fil-qasam tal-kant u jhossu li, minkejja r-rizultat miksub, m’ghandux jaqta’ qalbu u ghandu jhares ‘il quddiem b’kuragg.
|