|
|
||||
|
Le ghal sfregju f’Hondoq ir-Rummien. |
||||
| L-Orizzont (26-10-2006) | ||||
|
XI granet ilu ghamilna zjara bhala delegazzjoni tal-Partit Laburista fir-rahal tal-Qala fejn iltqajna ma diversi nies u anke morna fil-bajja sabiha ta’ Hondoq ir-Rummien. Morna proprju biex nuru s-solidarjetà taghna mal-poplu tal-Qala ghall-isfregju propost li jsir f’Hondoq ir-Rummien. Ghal min ma jafx din il-bajja popolari u sabiha – l-unika f’ Ghawdex fl-istat naturali taghha – spiccat fil-mira ta’ l-ispekulaturi. Ahna bhala Partit digà ddikjarajna li ahna kontra dan l-izvilupp u li nirrispettaw id-decizjoni tal-poplu tal-Qala fejn 85% vvotaw permezz ta‘ referendum, li ma riedux zvilupp f’Hondoq ir-Rummien. Ta’ min ifakkar li dan il-progett ghandu l-appogg shih tal-Prim Ministru Gonzi u tal-Ministru ghal Ghawdex & Co. Meta l-Prim Ministru fuq il-Fosos, heggeg lin-Nazzjonalisti biex jarmaw id-dentatura, fost affarijiet ohrajn ddikjara li hu favur dan il-progett u li se jappoggjah. Meta ghandek dikjarazzjoni bhal dik, l-anqas il-MEPA m’ghandhom x’jambu dawn. Però li niskanta hu li n-Nazzjonalisti dejjem ipprezentaw ruhhom bhala l-paladini tad-demokrazzija – dan dejjem fejn qablilhom u jaqblilhom. Allura rizultat f’referendum ta’ 85% l-Gvern jinjorah? Allura r-referendum tal-Qala u r-rizultat tieghu mhux ezercizzju demokratiku li jishoqqlu jigi rispettat? X’ipokrezija hux! Però lill-poplu tal-Qala nghidlu jiftah ghajnejh u jaghraf jiddistingwi bejn Partit Laburista li rrispetta r-rieda tan-nies tal-Qala u dan il-Partit li twikkejna bih fil-Gvern, li meta u fejn irid jinheba wara l-MEPA u meta u fejn irid jigi jaqa’ u jqum mill-MEPA u jaghti l-palati lill-ispekulaturi. Dan l-ahhar ukoll smajna li fil-biccerija ta’ Ghawdex, nghalqet dik il-parti fejn kienu jidhlu l-kazijiet ta’ l-emergenza fejn meta r-rahhala kien ikollhom xi bhima li tmut b’xi accident kienet tiddahhal hawn u wara li tigi ccertifikata tkun tista’ tinbiegh normalment fis-suq. Fil-Parlament il-Ministru ghal Ghawdex ikkonfermatli li veru li nghalqet ghax issa r-rahhala qed jinghataw dan is-servizz fuq il-post. Forsi lilha hekk informawha izda r-rahhala qaluli mod iehor u li kieku nahseb ma kinux jigu jilmentaw ghandi. L-informazzjoni li ghandi hi li gew xi spetturi ta’ l-UE u x’hin raw id-dizastru taw ordni biex jinghalaq kollox. Haga tal-misthija li l-biccerija li suppost ilha s-snin lesta ghadha maghluqa. Min imexxi hsiebu biex iroxx il-bzar fl-ghajnejn biex igib il-voti – ta’ min isemmi wkoll li l-ewwel ghamlu l-inspectors fuq il-haddiema tal-Gvern u issa ghax gejja l-elezzjoni nehhewhom biex minghalihom jidhru helwin. Imma l-inspectors fuq min iridu kienu jmorru jew fejn jibaghtuhom u l-Ghawdxi mhux bahnan u jibqa’ jiftakar. Lin-Nazzjonalisti nafuhom ormai ghax issa li qeghdin noqorbu lejn l-elezzjoni jsiru galantomi izda wara jergghu koppi. Ghawdex mar il-bahar u hemm bzonn ta’ kaptan gdid li jaqbad it-tmun kemm jista’ jkun malajr.
|
||||
|
©
2007 - Justyne Caruana
|