Ghawdex u l-PN.

L-Orizzont (03-08-2006)

Dawn l-ahhar gimghat Ghawdex qed jissemma mhux hazin fil-midja tal-Partit Nazzjonalista. Min jaf hux? Tghid biex jghattu dnubhom dwar l-emenda Kostituzzjonali biex Ghawdex ikun distrett wiehed u allura l-kandidati tal-Partit Nazzjonalist ma jitilfux il-voti tan-nies ta’ Ghajnsielem? Tghid ghax il-Partit Laburista nieda dokument dwar Ghawdex li l-Gvern ilu jwieghed li se jaghmel is-snin u ghadu m’ghamlux? Min jaf?!

Ghal min forsi segwa dak li qeghdin jghidu n-Nazzjonalisti, dawn qeghdin jiftahru dwar progetti kbar godda li se jsiru f’Ghawdex. Kull min ghandu ghal qalbu lil Ghawdex ghandu jiehu pjacir bil-gid li jsir f’Ghawdex u l-ewwel wahda nkun jien li niehu gost bihom u nfahharhom. Però rridu noqoghdu attenti ghax kif qeghdin jipprogettaw li se jsiru l-affarijiet qishom dawn il-progetti huma xi haga gdida li l-Gvern hareg bihom issa. Fil-fatt il-progetti huma l-‘incubation centre’, l-estensjoni tac-centru ta’ l-arti u l-artigjanat Wistin Camilleri u t-‘training hotel’ ghall-Istitut ta’ l-Istudji Turistici f’Ghawdex. Dawn il-famuzi tliet progetti xbajna nisimghu dwarhom specjalment l-‘incubation centre’ – ilhom is-snin gejjin u f’kull dibattitu jew intervent li jsir dwar Ghawdex dejjem jirrepetuhom ‘ad nauseam’.

Dwar it-‘training hotel’ kien hemm ukoll oggezzjonijiet minn diversi entitajiet fosthom il-Kamra tal-Periti ghax kien hemm xoghlijiet tal-Perit Huntingford li gew imwaqqghin biex jitla’ bini gdid. Filwaqt li hija haga tajba li tharreg studenti fis-settur turistiku biex jitjieb is-servizz irridu nqisu fattur essenzjali – kif sejjer it-turizmu f’Ghawdex. Huwa inutili li jkollok rizors uman imharreg tajjeb u dawn ma jkollhomx fejn jahdmu.

Qed nghid dan ghax f’Ghawdex il-lukandi qeghdin jghalqu u minflokhom jinbnew appartamenti. Apparti minn hekk it-turizmu f’Ghawdex huwa stagjonali u kull turist li jigi ghal btala f’Malta, f’Ghawdex iqatta’ biss medja ta’ zewgt iljieli u nofs li certament mhux bizzejjed biex min qed jinvesti fis-settur idawwar ir-rota. Il-Gvern mhux qed jindirizza dawn il-problemi u dan mhux qed nghidu jien imma jghiduh l-operaturi fis-settur li tant ghandhom pizijiet fiskali u spejjez biex joperaw, fosthom kontijiet tad-dawl u ta’ l-ilma, li hafna jghidulek li jaqblilhom izarmaw. Il-Gvern wieghed hafna, però minn dawn il-weghdiet ma mmaterjalizza xejn u t-turizmu baqa’ sejjer lura.

Iz-zieda fil-prezzijiet tal-helikopter ukoll taw daqqa ta’ harta ’l isfel però ghal dan ir-rigward it-tort huwa tal-Gvern ghax ma nnegozjax ghas-sussidju. Lanqas cruise liners ma gew ’l hawn u dan minkejja l-weghdiet li saru fid-diskors tal-bagit tal-Prim Ministru. Suppost bhalissa Ghawdex mifqugh bit-turisti ghax qeghdin fil-‘high season’ però din is-sena ghadna ma qbadniex art. Dan ghandu jkun indikazzjoni ghall-Gvern biex ixammar il-kmiem u jara x’hemm bzonn isir qabel nispiccaw f’sitwazzjoni prekarja rriversibbli.

Min jghid li ghandu ghall-qalbu lil Ghawdex dawn l-affarijiet ghandu jara u jindirizza u mhux juza lil Ghawdex bhala ballun fil-loghba politika.

© 2007 - Justyne Caruana