Fl-Isptar Generali.

L-Orizzont (06-07-2006)

Il-gimgha li ghaddiet dah-halna lin-nanna tieghi Giuseppa l-Isptar Generali ta’ Ghawdex. Illum in-nanna tieghi m’ghadhiex maghna. Kemm damet l-isptar inghatat kull kura u attenzjoni possibbli u permezz ta’ dan l-artiklu nixtieq minn qalbi nirringrazzja pubblikament lil Dr Svejda, it-tobba u l-istaff kollu tas-CCU fl-Isptar Generali ta’ Ghawdex ghal dak kollu li ghamlu man-nanna u maghna.

Ghandna xorti kbira li f’Ghawdex ghandna nies tant iddedikati u professjonali, nies li jaghtu attenzjoni kbira lill-pazjent b’gentilezza liema bhalha u anke l-atteggament ta’ kif jittrattaw mal-qraba tal-pazjent. Meta wiehed jikkunsidra n-nuqqas ta’ mezzi u makkinarju fl-isptar, dawn in-nies qeghdin jaghmlu l-mirakli mal-pazjenti.

Kemm domna l-isptar ma stajtx ma ninnottax certi affarijiet. Hemm makkinarju, li huwa l-moniter li jimmarka kif thabbat il-qalb, li ghalkemm huwa ‘certified’ li huwa tajjeb, ma jahdimx. Dan indunajt bih ghax f’certu hin kien qed jimmarka li l-qalb waqfet u meta gbidt l-attenzjoni tan-nurse pprova jigborha ghax imbarazza ruhu minni. Bhal dan il-makkinarju min jaf kemm hemm u ahna ma nafux bih u miskin il-pazjent u l-istaff. Nuqqas iehor kbir huwa meta tinqala’ emergenza u jkun hemm bzonn ta’ xi testijiet li f’Ghawdex ma jistghux isiru. Allura tinholoq sitwazzjoni fejn il-pazjent filli fis-sodda l-isptar u filli fil-helikopter lejn l-Isptar San Luqa f’Malta. M’ahniex qeghdin nitkellmu dwar interventi kbar imma semplici ‘angiogram’ li jista’ jkollu bzonnu kulhadd u li f’Ghawdex m’ghandniex.

M’hijiex sitwazzjoni felici la ghall-pazjenti u lanqas ghall-istaff li jixtiequ jaghmlu iktar imma ma jistghux. Hija anomalija li minflok tinvesti f’dan it-tip ta’ makkinarju baziku u essenzjali, il-Ministru ghal Ghawdex tfaqqghalna BMW gdida li skond mistoqsija li saret fil-Parlament swiet lill-poplu xi Lm14,000! Ma nippretendix li Ministru m’ghandux ikollu karozza prezentabbli u tajba izda mhux karozza ta’ dawk il-flejjes kollha mit-taxxi tal-poplu meta ghandna daqshekk bzonnijiet fl-isptar taghna.

Dan l-ahhar smajna hafna wkoll bis-sistema tal-‘plating’ fl-isptar. Din hija s-sistema l-gdida ta’ kif il-pazjenti jinghataw l-ikel. Nistqarr li l-prezentazzjoni tal-platt hija sabiha hafna qisu ta’ xi ristorant u ghal dan ir-rigward ma nistax ma nfahharx din is-sistema. Però ghalkemm l-ewwel li tiekol l-ghajn, meta tigi ghas-sustanza l-ikel qed ikun ftit wisq u li wiehed ma jixbax bih. Xi haga ohra li nnottajt hija li ghandek ‘trolleys’ kbar hafna li mill-kcina jittiehdu fis-swali.

Dawn it-‘trolleys’ qeghdin jingarru anke mill-fattigi nisa u ghalkemm veru qeghdin nghixu fi zminijiet meta suppost qieghda tirrenja l-ugwaljanza, rajt lil dawn il-fattigi nisa li bi tbatija u sforz kbir kienu qeghdin jimbottaw dawn it-‘trolleys’ u anke ilmentaw mieghi dwar dan u ghandhom ragun ghax jiena pprovajt nimbottah u veru tqil. Sfortunament ghal min jikkmanda qisu ghal Ghawdex jghaddi kollox. M’ghandux ikun hekk iktar u iktar meta qeghdin nitkellmu dwar is-sahha.

Fl-ahhar nixtieq nghid grazzi lil dawk kollha li kienu solidali mieghi mal-familja tieghi ghat-telfa li garrabna.

 

© 2007 - Justyne Caruana