|
|
||||
|
F’Qorti ta’ Zmien il-Kavallieri. |
||||
| L-Orizzont (07-12-2006) | ||||
|
Hafna jghidulek li jibzghu mill-Qorti u li meta jkollhom xi kawza jew ikollhom ghalfejn imorru l-Qorti, jaqbadhom eccitament kbir. L-ambjent tal-Qorti ta’ Ghawdex huwa ambjent sabih hafna ghax huwa bini taz-zmien il-kavallieri u jinsab fic-Cittadella. Però minkejja li bhala post huwa sabih hafna certament m’huwiex addattat ghall-esigenzi tal-lum. Ilni snin twal nghid li l-Qorti ta’ Ghawdex ghandu jigi trasferit x’imkien iehor aktar modern u l-bini prezenti tal-Qorti ghandu jigi konvertit f’muzew jew post li jintuza ghall-skopijiet kulturali jew artistici ohrajn. Meta jkolli klijenti anzjani jew b’xi bzonn specjali nisthi minnhom ghax il-Qorti ta’ Ghawdex mhux accessibbli ghal dawn in-nies. Hemm hafna turgien u huma weqfin. Apparti minn hekk billi huma tac-cangatura jizolqu. L-istaff tal-Qorti jaghmlu mill-ahjar biex jakkomodaw lil dawn in-nies u sahansitra gieli litteralment refghu n-nies huma. Apparti minn hekk hemm bzonn diversi xoghlijiet ta’ manutenzjoni. Fejn qabel kien hemm ir-registru ilu maghluq diversi xhur ormai minhabba xoghol li kellu jsir imma li qatt ma sar. Sadattant ir-registru gie trasferit fil-kamra ta’ l-avukati li certament la huwa konvenjenti ghall-haddiema u inqas u inqas ghall-avukati ghax issa s-seduti qeghdin ikollna naghmluhom f’kamra li kienet tintuza bhala mahzen fuq mejda wahda fejn gieli nkunu kostretti naghmlu zewg seduti f’daqqa f’konfuzjoni shiha ghax l-ispazju huwa ristrett. Barra minn hekk hemm nuqqas kbir ta’ staff. Din il-problema ilha zmien tinhass Wara diversi interpellanzi l-Parlament lill-Ministru t’Ghawdex din ta’ l-ahhar f’Ottubru li ghadda rrispondiet li kien se jizdied l-istaff. Mhux talli ma zdiedx l-istaff talli kien hemm impjegata li spiccalha l-kuntratt u hadd ma gie ngaggat minn flokha. M’huwiex gust li l-haddiema tal-Qorti ta’ Ghawdex qeghdin jispiccaw miflugin bix-xoghol li huwa iktar milli jifilhu u min-naha tal-Gvern ikomplu jidhku bina bil-weghdi li l-istaff se jizdied biex is-servizz ikun ahjar ghal kulhadd. Hija haga tal-misthija li s-siggijiet li ghandna fl-awli huma kollha mkissrin tant li s-siggu fejn joqghod il-Magistrat il-hin kollu jfaqqa’ u minn hin ghall-iehor kulhadd jistenna li s-sieq titqaccat u l-Magistrat jispicca fl-art. Saru hafna lmenti dwar dawn l-affarijiet imma l-widnejn jidher li huma torox. Imma x’tistenna minn dan il-Gvern! L-aqwa li s-siggu tal-Ministru hu komdu u certament mhux se toqghod thabbel rasha bir-rebus shih li hemm fil-Qorti ta’ Ghawdex. |
||||
|
©
2007 - Justyne Caruana
|