Id-‘Decompression Chamber’.

L-Orizzont (12-04-2007)

Kien ilna hafna nisimghu li gejja d-‘decompression chamber’ f’Ghawdex. Bla dubju ta’ xejn din hija haga bzonnjuza hafna u essenzjali ghal Ghawdex specjalment jekk ahna rridu nistabilixxu ruhna fin-naha tat-turizmu ta’ l-ghadds.

Kien hemm hafna sulluzzu min-naha tal-Gvern dwar din id-‘decompression chamber’ u dan rajnih fit-twegibiet li l-Ministru ghal Ghawdex tat fil-Parlament ghal diversi mistoqsijiet li ghamiltilha. Wara dan kollu, fl-ahhar id-‘decompression chamber’ giet installata. Gie l-Prim Ministru u bis-solitu pompa u cerimonji taghhom saret l-inawgurazzjoni. Dan kien f’Dicembru li ghadda.

Gara li minkejja li kellna l-apparat mehtieg, min kien responsabbli, ra sa mniehru u ma hasibx ghal mod ta’ kif din ic-‘chamber’ se tigi mhaddma u ma giex allokat staff bizzejjed biex tkun tista’ tithaddem kull meta jinqala’ l-bzonn. Skond Mistoqsija Parlamentari numru 23,844 li ghamiltilha, il-Ministru qalet li l-istaff allokat huwa tabib, hames infermieri u erba’ ‘technicians’. Dan huwa kompliment li jidher li huwa tajjeb però jien informata li ma hemmx ‘replacement’ ghalih meta jkunu ‘off duty’ u tabib wiehed certament mhux bizzejjed biex din ic-‘chamber’ tinzamm ghaddejja ghal kull kaz li jinqala’, ikun meta jkun u jkun x’hin ikun – id-disgrazzji la ghandhom hin u lanqas gurnata u trid tkun ippreparat dejjem.

Apparti minn hekk nafu li ftit gimghat wara li giet inawgurata, inqalghu xi hsarat tek-nici li holqu certu inkonvenjent. Fil-fatt inqala’ incident f’Ghawdex meta ghaddas kellu bzonn trattament urgenti. Ma setax jigi trattat Ghawdex u gie trasferit b’urgenza l-Isptar San Luqa.

Jien sirt naf dak in-nhar stess u bdejt inrodd is-slaleb. Ghaliex ghandna ‘decompression chamber’ u meta kellna bzonn urgenti l-pazjent ittiehed lejn Malta? Fi kliem il-Ministru stess fil-Mistoqsija Parlamentari li semmejt: “L-ghan principali ta’ din ic-‘chamber’ huwa li joffri servizz ta’ emergenza f’kazijiet ta’ ‘decompression sickness’ lill-ghaddasa’. Iva, kellna kaz u kellu jigi trattat f’Malta!

Din hija xi haga li ghandha thammar wicc il-Gvern imma dawn zejt f’wicchom ma baqghalhomx u Alla jbierek kollox jibqa’ ghaddej qisu xejn mhu xejn meta seta’ kien hemm fatalità u kien hemm hajja ta’ bniedem tizzeffen fin-nofs.

Hawnhekk tohrog bic-car l-irresponsabbiltà u l-ipokrezija ta’ dan il-Gvern. Biex taparsi jara kemm qed naghmluh giet installata bicca apparat li jidher li kien ghad ghadha mhux fi stat funzjonabbli. Din mhix serjetà.

© 2007 - Justyne Caruana