|
|
||||
|
Zewg membri parlamentari godda zghazagh f’isem il-Partit Laburista |
||||
| minn Brandon Pisani u Kurt Farrugia | ||||
|
Holma li zgur li hija f’mohh kull kandidat zaghzugh li jikkontesta l-elezzjoni generali hija dik li jigi elett u jirrapprezenta lill-poplu Malti u Ghawdxi fil-Parlament. Din il-holma saret realtà l-bierah, meta ghall-ewwel darba, fl-ewwel darba li wkoll ikkontestaw l-elezzjoni, kienu eletti zewg zghazagh – l-Avukat Justyne Caruana u l-Perit Stefan Buontempo. Ghall-ewwel darba l-Parlament Malti se jkun irrapprezentat minn mara Ghawdxija fuq kull naha tal-kamra tal-Parlament. Wara diversi snin li Giovanna Debono ilha fil-Parlament f’isem il-Partit Nazzjonalista, din id-darba l-Partit Laburista se jkun rapprezentat minn tfajla Ghawdxija, iz-zaghzugha Justyne Caruana ta’ 28 sena mix-Xewkija. Ftit minuti wara li thabbar
fejn marru l-voti fuq it-Tlettax-il Distrett, dak t’Ghawdex, l-orizzont tkellem ma’ Justyne Caruana. Tibki
bil-ferh wara li kienet ghadha kemm hadet b’idejn il-kandidat u
jekk nistghu nsejhulu, l-eqreb rival taghha dwar fejn kienu se jmorru
l-voti, Joe Cordina, it-tfajla Ghawdxija qaltilna li “ninsab sodisfatta
hafna u niddedika dan il-mument lill-missieri Pawlu li kienu hu li gheni
u nkoraggini biex nimxi ’l quddiem. Ghadni zghira u sodisfatta
ghax mix-xejn, il-poplu Ghawdxi wera fiducja fiha. Grazzi kbira tmur
lejn l-Ghawdxin kollha u lejn ir-residenti tax-Xewkija fejn jiena twelidt
u trabbejt mal-genituri tieghi.” Iz-zghazugh Stefan Buontempo li tela’ elett mit-tieni distrett, qal li r-rebha tal-Partit Nazzjonalista se tirrifletti negattivament fuq id-distrett tieghu. Huwa qal li mill-oppozizzjoni l-Partit Laburista se jibqa’ jahdem biex jirranga l-problemi tal-pajjiz u tad-distrett tieghu. “Problemi bhal ma hemm fl-ambjent, bini abbandunat, toroq mhux addattati, qaghad u problemi socjali, ghandhom jibqghu f’qalb l-oppozizzjoni. “B’oppozizzjoni kostruttiva u kredibbli u bi tmexxija soda dawn il-problemi ngibuhom ghall-attenzjoni tal-Gvern.” Kandidat iehor li gie elett u li kien jifforma parti mill-grupp Parlamentari tal-Partit Laburista fil-legislatura li ghaddiet kien it-Tabib Michael Farrugia. Dr Farrugia qal li issa huwa il-mument li ninghaqdu u nahdmu aktar bil-ghaqal. Huwa qal li l-policies tal-Partit Laburista jistghu jigu riveduti izda sahaq li l-Partit se jibqa’ jsostni l-principji tieghu biex jibqa’ jiddefendi d-drittijiet tal-haddiema. Id-deputat Nazzjonalista Antonio Fenech li kellu taqtigha sew mal-Professur Josef Bonnici, qal lil dan il-gurnal li huwa kien sodisfatt immens li l-poplu rega’ kkonfermah wara l-elezzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara. Antonio Fenech huwa Sindku ta’ Birkirkara li issa mal-hatra fil-Parlament jiddekadi. Michael Frendo u Josef Bonnici li t-tnejn ma gewx eletti ma xtaqux jaghtu kummenti lil dan il-gurnal. |
||||
|
©
2004 - Justyne Caruana
|