Ix-xoghol fuq it-terminal tal-vapuri fl-Imgarr:Diga' sena tard u ghad jonqos

L-Orizzont 26-07-2004

Sentejn wara li thabbar li t-terminal ta’ l-Imgarr, Ghawdex, biex jintuza ghall-vapuri tal-Gozo Channel, se jkun lest f’disa’ xhur, il-Ministeru ghall-Kompetittività u Komunikazzjoni u l-Awtorità Marittima Maltija ghazlu li ma jikkummentawx ma’ l-orizzont dwar f’hiex wasal il-progett ta’ l-Imgarr.

Dawn iz-zewg awtoritajiet responsabbli mill-progett tat-terminal ta’ l-Imgarr evitaw ghal kollox li jwiegbu mistoqsijiet li ghamel l-orizzont dwar il-progett ta’ l-Imgarr u semmew biss il-progett tac-Cirkewwa. Fit-twegibiet rispettivi taghhom huma sostnew biss li “x-xoghlijiet fil-bahar fic-Cirkewwa huma prattikament lesti”.

Il-mistoqsijiet li l-orizzont baghat kemm lill-Ministru ghall-Kompetittività u Komunikazzjoni, il-Perit Censu Galea, kif ukoll lill-Awtorità Marittima Maltija dwar il-progetti tat-terminals ta’ l-Imgarr u tac-Cirkewwa, saru fid-dawl tal-Mistoqsijia Parlamentari Numru 6788, li saret fid-19 ta’ Lulju, 2004, mid-Deputata Laburista Ghawdxija, Dr Justyne Caruana lill-Ministru Censu Galea. Hija staqsiet lill-Ministru biex jaghti dettalji dwar l-appalt tat-terminals tal-Gozo Channel u anke jghid meta suppost jitlestew x-xoghlijiet.

Fit-twegiba tieghu, jumejn wara, il-Ministru Galea kkonferma li x-xoghol waqa’ lura meta qal li “jien informat li dwar il-progetti tal-mollijiet u t-terminals fic-Cirkewwa u l-Imgarr qeghdin isiru diskussjonijiet mal-partijiet koncernati bil-ghan li l-progett jigi ridimensjonat. Ghaldaqstant hu mistenni li jkun hemm progress fix-xoghlijiet meta jigu konkluzi dawn id-diskussjonijiet.”

l-orizzont ghaldaqstant staqsa numru ta’ mistoqsijiet lill-Ministeru ghall-Kompetittività u Komunikazzjoni u lill-Awtorità Marittima Maltija – it-tnejn responsabbli mill-progetti tat-terminals – dwar f’hiex wasal il-progett, kemm tac-Cirkewwa, izda specjalment dwar dak ta’ l-Imgarr, meta se jitlestew iz-zewg terminals u xi tfisser il-kelma “ridimensjonat”. Ir-risposta kienet wahda: skiet perfett.

Ix-xoghol fuq il-bini tat-terminal tal-Gozo Channel fl-Imgarr, Ghawdex, beda fit-23 ta’ Settembru, 2002 u dak in-nhar l-Awtorità Marittima Maltija kienet sahqet li x-xoghol kellu jitlesta fi zmien disa’ xhur.

Xahar wara – ezattament fit-30 ta’ Ottubru ta’ l-2002 – f’konferenza ta’ l-ahbarijiet, il-Ministru ghal Ghawdex Giovanna Debono kkonfermat dan u habbret li t-terminals fic-Cirkewwa u l-Imgarr kellhom jitlestew fi zmien disa’ xhur.

Ghaldaqstant it-terminal ta’ l-Imgarr kellu jkun komplut sena ilu. Minkejja li kien sar xi tibdil fil-pjanti originali ta’ dan it-terminal, kull min imur sa l-Imgarr facilment jara li x-xoghol huwa wieqaf ghal kollox.

Wiehed ta’ min ifakkar kif fl-24 ta’ Frar ta’ din is-sena stess, f’kummenti li c-Chairman ta’ l-Awtorità Marittima Maltija Marc Bonello kien ta lill-gurnal Nazzjonalista In-Nazzjon, kien qal li ghaddej ix-xoghol fil-port ta’ l-Imgarr u li l-parkegg propost kien fi stadju avvanzat, tant li s-saqaf ta’ dan ta’ l-ahhar kellu jibda jintuza bhala l-‘marshalling area’. Huwa qal ukoll li l-car park issa jinsab fi stadju avvanzat hafna.

Kien ghalhekk li l-orizzont fi tmiem din il-gimgha mar sa Ghawdex biex jara f’hiex wasal il-progett tat-terminal ta’ l-Imgarr u jekk s-saqaf tal-parkegg huwiex jintuza bhala l-‘marshalling area’. Madankollu sibna li l-car park lanqas ghadu lest, is-saqaf tieghu ghadu bil-konkos, minbarra li munzelli ta’ terrapien, l-ebda makkinarju jahdem, zdingar u x-xoghol wieqaf!

Fit-twegibiet taghhom, kemm il-Ministeru ghall-Kompetittività u Komunikazzjoni kif ukoll l-Awtorità Marittima Maltija, ghal xi raguni ddecidew li jevitaw li jwiegbu dwar il-progett tat-terminal ta’ l-Imgarr f’Ghawdex u kkoncentraw it-twegiba taghhom fuq il-progett tac-Cirkewwa.

Is-Segretarju Privat tal-Ministru Censu Galea, Alessandro Farrugia, ghazel li mkien ma jwiegeb dwar il-progett ta’ l-Imgarr u qal biss lil l-orizzont li dwar ic-Cirkewwa “qed nibghat ir-risposta ghall-mistoqsija tieghek. Ix-xoghol marbut mal-bahar jinsab fl-ahhar fazijiet tieghu u prattikament jinsab lest. Baqa’ ftit xoghlijiet fuq il-moll nru 1 tac-Cirkewwa, jigifieri l-moll l-antik, biex dan jerga’ jibda jintuza dalwaqt. Il-hidma hi mmirata biex dan jitlesta qabel il-festa ta’ Santa Marija meta l-volum ta’ traffiku bejn iz-zewg gzejjer ikun sostanzjali.

L-istess wiegbet l-Awtorità Marittima Maltija. Fit-twegiba taghha mkien ma wiegbet ghall-mistoqsijiet dwar f’liema stat wasal il-progett ta’ l-Imgarr u meta bihsiebu jitlesta ghal kollox u jibda jintuza.

Min-naha tieghu, Charles Axisa, il-Marketing & Communications Manager ta’ l-Awtorità Marittima Maltija, qal lil l-orizzont li “naghmel referenza ghall-e-mail tieghek rigward il-progett tat-terminals ta’ l-Imgarr, Ghawdex, u c-Cirkewwa. Ix-xoghlijiet fil-bahar fic-Cirkewwa huma prattikament lesti u hu mistenni li sa nofs ix-xahar id-diehel il-moll il-gdid ikun qed jintuza wkoll, flimkien ma’ dak ezistenti, mill-Gozo Channel. Kif thabbar mill-Ministru Censu Galea din il-gimgha fil-Parlament, qeghdin isiru diskussjonijiet fuq livell ministerjali dwar il-fazijiet l-ohrajn tal-progett fuq bazi ta’ proposti li saru mill-periti l-godda tal-progett.”

Il-bidu tal-progett tat-terminal fl-Imgarr, Ghawdex, imur lura ghas-27 ta’ Lulju, 2001, meta l-Bord ta’ l-Awtorità ta’ l-Ippjanar (illum il-MEPA) iddiskuta l-applikazzjoni ta’ zvilupp ta’ bini gdid tal-‘ferry passenger terminal’, fl-Imgarr, Ghawdex. Dak in-nhar il-laqgha giet posposta sakemm l-Awtorità Marittima ssottomettiet mudell tal-progett.

Kien fit-30 ta’ Awissu, 2001, meta l-Bord ta’ l-Awtorità ta’ l-Ippjanar approvat l-applikazzjoni, biex fit-22 ta’ Settembru, 2002, l-Awtorità Marittima Maltija habbret li l-ghada (it-23 ta’ Settembru), kien se jibda x-xoghol fuq il-progett.

Sadanittant jibqa’ wkoll id-dubju kemm verament ix-xoghlijiet fil-bahar fic-Cirkewwa huma prattikament lesti. Skond l-Awtorità Marittima Maltija u l-Ministeru ghall-Kompetittività u Komunikazzjoni, ix-xahar id-diehel se jibdew jintuzaw iz-zewg mollijiet fic-Cirkewwa. Izda wasla s’hawn ukoll tinduna li x-xoghol ghadu lura.

Fil-harga ta’ l-orizzont ta’ l-14 ta’ Frar li ghadda, kien gie rrapportat li x-xoghol fuq il-progett tac-Cirkewwa jinsab wieqaf. Anke rigward dan il-progett, il-Ministru Galea. f’Awissu ta’ l-2002 fi zjara li kien ghamel fic-Cirkewwa kien qal li l-progett tac-Cirkewwa se jitlesta fis-sajf tas-sena 2003.


 

.

© 2005 - Justyne Caruana