|
|
||||
| Telqa u nuqassijiet f'Ghawdex | ||||
|
Telqa li tinhass f'Ghawdex certament mhijiex biss effett tas-shana. Huwa fatt li jekk thares dawra madwarek tinnota hafna nuqqasijiet. Izda t-tragedija hija li ghalkemm kulhadd jaf b'dawn in-nuqqasjiet hadd mhux qed imidd idejh biex jaghmel xi haga. IL-pitkalija
u l-bdiewa Saru wkoll diversi lmenti dwar l-igjene fil-pitkalija stess u fl-inhawi ta' madwar fejn hemm il-biccerija u l-magna tal-halib. F'dawn il-postijiet l-igene suppost hija ta' massima mportanza izda mid-dehra lanqas kenniesa ma qed jintbaghtu hemmhekk. Huwa fatt li hemm presenza qawwija ta' grieden. Ovvjament il-kumulu ta' haxix hazin ikompli jaggrava s-sitwazzjoni. Apparti r-riskju ta' mard li jgibu l-grieden, hemm ukoll id-dannu lill-bdiewa fuq il-prodott taghhom li jkun hemmhekk ghaliex jekk il-prodott ikollu xi gidma ta' gurdien dan jitnaqqas mill-ammont li jkollu ghall-bejgh. Minbarra dawn l-inkonventi ta' min isemmi wkoll li l-pitkalija ta' koperativa f'Ghawdex tiehu lill-bidwi kummissjoni ta' 7% fuq l-ammont ta' bejgh li huwa jkollu. Ta' min jghid li l-persentagg normalment ffissat huwa dak ta' 6.25% allura jirrizulta li l-pitkalija tal-koperativa t'Ghawdex qed tiehu 0.75% iktar minn haddiehor. Meta mbaghad nigu ghad-diffikultajiet li l-bdiewa Ghawdxin ghandhom dwar is-shubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja, il-Koperativa tal-bdiewa f'Ghawdex stiednet diversi kelliema. Irrizulta li l-informazzjoni li nghatat ma kienetx adegwata u kienet tikkoncerna biss dwar xi beneficcji li l-bdiewa jistghu jiehdu in konsegwenza tas-shubija. Pero` meta kien hemm xi domandi dwar l-isvantaggi dawn baqghu bla risposta. Fil-fatt waqt laqgha minnhom kienet saret domandi specifika minn membru tal-koperativa ndirizzata lill-Ministru ta' Biedja u Sajd li pero` baqghet minghajr risposta. Allura wiehed jibda` jistaqsi lilu nnifsu kemm verament hija adegwata l-informazzjoni li qed tinghata lill-bdiewa taghna dwar il-gejjieni taghhom - iktar u iktar meta r-regolament ta' l-Unjoni Ewropeja f'dan il-qasam huma tant stretti. Partit Laburista fil-Gvern jemmen li dan is-settur ghandu potenzjal li jrid jigi zviluppat sabiex pajjizna jimxi l-quddiem. Fil-fatt f'dokument li l-istess Partit qed ihejji dwar Ghawdex ser tinghata prominenza lill-agrikultura f'Ghawdex kif ukoll gew anke mahsuba incentivi u proposti godda sabiex il-bidwi Ghawdxi ikun verament il-biedja f'Ghawdex tkun tista` tavanza a beneficcju tal-gzira Ghawdxija kollha. Il-pompa
tad-drenagg f'San Blas Il-Gozo
Channel Ghawdex
mhuwiex qed jinghata l-attenzjoni li jisthoqlu. Ghalhekk Partit Laburista
fil-Gvern jimpenja ruhu sabiex minn issa jniedi l-politika ghal Ghawdex
sabiex jigu ndirizzati l-problemi specifici taghna l-Ghawdxin biex ikunu
nistghu noffru Ghawdex ahjar lill-uliedna. |
||||
|
©
2002 - Justyne Caruana
|