Strina" lill-Ghawdxin

Problemi socjali din id-darba fuq il-Gozo Channel

IL-GVERN ta’ Gonzi iddecieda li jaghti "strina’ specjali lill-familji Ghawdxin.

Propju min-nhar is-Sibt, l-ewwel tas-sena 2005, l-Ghawdxin li jkollhom familjari rikoverati fl-isptar San Luqa jew l-isptar Boffa mhux se jkomplu jibbenifikaw minn tnaqqis fin-noll tal-vapuri tal-Gozo Channel.

Barra minnhekk, il-vann tal-Cash for Cancer, li jgorr pazjenti ghal kura f’Malta, mill-ewwel ta’ Jannar ukoll se jkollu jibda jhallas in-noll tal-vapur.

"L-istrina" tal-Gvern ta’ Gonzi lill-Ghawdxin intbaghtet f’ittra mill-General Manager tal-Gozo Channel, Marvic Fenech Adami, lis-Supretendent ta’ l-Isptar Generali ta’ Ghawdex, Anthony Livori.

F’April li ghadda, id-Deputata Laburista Justyne Caruana kienet ghamlet mistoqsija parlamentari lill-Ministru Austin Gatt fejn staqsietu jekk il-familji Ghawdxin kinux se jibqghu jibbenefikaw minn tnaqqis fin-noll tal-vapuri tal-Gozo meta jkollhom qraba rikoverati fl-isptar San Luqa f’Malta.

Il-mistoqsija kienet saret wara li l-Gvern kien introduca mizuri godda fil-kumpanija Gozo Channel.

Fit-twegiba tieghu, Austin Gatt kien qal li l-kumpanija kienet se tkompli taqdi l-obbligi socjali taghha u kien qal li kienet se tiddahhal procedura fejn ic-chairman tal-kumpanija jkun jista’ jaghti permess ufficjali lill-management biex f’certi kazijiet, il-passiggieri ma jhallsux parti min-noll, jew sahansitra ma jhallsu xejn.


Ghal mistoqsija ohra ta’ Justyne Caruana fis-16 ta’ Dicembru, il-Ministru Austin Gatt wiegeb li ma kien inbidel xejn minn dak li l-kumpanija kienet toffri qabel.

Izda minn gimghatejn ilu ’l hawn, xi hadd iddecieda li jaghti din "l-istrina" lill-Ghawdxin, tant li persuna li talbet li tkun ezentata milli thallas in-noll minhabba kaz mediku, kienet infurmata li t-talba taghha kienet intlaqghet, imma biss sal-ahhar tas-sena.

Fid-diskors tal-budget, il-Gvern ta’ Gonzi ftahar bil-progress li ghamlet il-kumpanija Gozo Channel u qal li t-telf tal-kumpanija naqas minn kwazi miljun lira ghal Lm27,000 sa Settembru.

Jidher li f’attentat li jkompli jnaqqas it-telf tal-kumpanija, il-Gvern issa ddecieda li jinsa ghal kollox l-obbligi socjali tal-kumpanija, sahansitra anke dawk l-obbligi fejn jidhol mard.

"Strina" ohra inghatat minn Gonzi lil ghadd ta’ haddiema Ghawdxin fil-fabbrika tal-halib li din il-gimgha kienu nfurmati li se jkunu trasferti ghal Malta.

Meta kien lahaq kap tal-Partit Nazzjonalista, Lawrence Gonzi kien qal li kien se jaghti prijorità lil Ghawdex u lill-Ghawdxin.

Din il-weghda Gonzi rrepetiha ta’ spiss f’dawn l-ahhar gimghat wara li l-Gvern tieghu kien attakkat minn attivisti ewlenin Ghawdxin li sahansitra anke rrizenjaw mill-Partit Nazzjonalista minhabba li Gonzi ma kienx qieghed izomm kelmtu.

.

 

© 2005 - Justyne Caruana