|
|
||||
|
Spiza
akbar ghal progett icken |
||||
| Mistoqsija Parlamentari | ||||
|
ID-DEPUTAT Mexxej Laburista ghall-Affarijiet tal-Parlament, Charles Mangion qal li l-Prim Ministru Lawrence Gonzi ghandu jispjega b’mod car kif l-ispiza ghall-progett tal-mollijiet ghall-vapuri tal-Gozo Channel se tizdied meta l-progett se jickien. Waqt konferenza stampa
fic-Cirkewwa, Charles Mangion qal li l-progett tal-mollijiet ghall-vapuri
tal-Gozo Channel huwa wiehed
minn ghadd ta’ progetti
li suppost li ilhom li tlestew, imma ghadhom fl-arja minhabba t-tmexxija
hazina tal-Gvern Nazzjonalista Charles Mangion ghamel ghadd ta’ mistoqsijiet lill-Gvern ta’ Gonzi u qal li l-familji Maltin u Ghawdxin li jhallsu t-taxxi, ghandhom kull dritt li jitolba twegibiet cari ghall-mistoqsijiet li jsiru. Id-Deputat
Mexxej Laburista staqsa ghaliex kien hemm dan id-dewmien kollu fuq
il-progett tal-mollijiet ghall-vapuri tal-Gozo
Channel, waqt li fakkar
li l-poplu kien inghata mill-inqas hames verzjonijiet ta’ meta l-progett
suppost li kellu jitlesta. Minhabba dan id-dewmien, qal Charles Mangion, il-vapuri tal-Gozo Channel qed ikollhom jahdmu b’mod inefficjenti b’detriment ghat-turizmu fil-gzira Ghawdxija fi zmien meta t-turizmu f’Ghawdex digà huwa batut hafna. Fil-fatt, Charles Mangion fakkar li minn kull mitt turist li jigu Malta, tnejn biss imorru Ghawdex. Charles Mangion qal li dawk li nvestew f’Ghawdex, b’mod partikolari fil-qasam tat-turizmu u fil-qasam tal-manifattura ghandhom ikunu apprezzati, imma l-Gvern ta’ Gonzi qed jinjora dan kollu u mhu jaghmel l-ebda sforz biex jirranga l-uniku mezz ta’ trasport li ghandna. Il-konferenza stampa kienet indirzzata wkoll miz-zewg deputati Laburisti Ghawdxin, Anton Refalo u Justyne Caruana. Anton Refalo qal li s-servizz tal-Gozo Channel mar lura. Fakkar li l-passiggieri, darbtejn kuljum, qed ikollhom jivvjaggaw lejn Malta, flimkien ma’ l-iskart li qed jintbaghat Malta. Anton Refalo qal li l-Ministeru ghal Ghawdex ghandu jintervjeni u mhux jippermetti li c-cittadini Ghawdxin ikunu trattati bhala cittadini tat-tieni klassi. Justyne Caruana ikkritikat l-inkonsistenza tal-Gvern Nazzjonalista. Fost affarijiet ohra semmiet il-biccerija ta’ Ghawdex li ghadha ma tlestietx u li tista’ tinholoq problema biex il-bhejjem jingarru ghal Malta ghall-qatla fil-jiem tal-maltemp, f’kaz li l-vapuri ma joperawx lejn Malta. Dwar il-Gozo Channel Justyne Caruana qalet li cruise liners
li jghabbu l-passiggieri taghhom fuq dinghies, qed ikollhom ihallsu n-noll
tal-vapur
ghal kull persuna biex jitnizzlu fuq il-moll ta’ l-Imgarr, minghajr
qatt ma jkunu uzaw is-servizz tal-Gozo Channel. ![]() ![]()
|
||||
|
©
2005 - Justyne Caruana
|