Sitta gewwa

L-Orizzont - Meta hadet sehem f’ Sitta Gewwa

MINN nhar il-Hamis 9 ta’ Dicembru sa nhar it-Tnejn 13 ta’ Dicembru, erba’ personalitajiet ta’ Super One u zewg Membri Parlamentari Laburisti ser jghixu flimkien fic-Centru Nazzjonali Laburista bhala parti mill-attivitajiet fl-okkazjoni storika ta’ Malta, tletin sena Repubblika.

Is-sitt personalitajiet huma l-Avukat Toni Abela, id-Deputati Justyne Caruana u Silvio Parnis flimkien ma’ Pierre Borg, Sales Manager ta’ One Productions u anke Prezentatur tal-Programm tar-radju Reggae Line, Veronique Dalli gurnalista f’One News u tinsab fis-sitt sena tal-Kors tal-Ligi, Janice Briffa, studenta tal-psikologija u prezentatrici ta’ programmi sportivi.

Ghal erbat’ijiem, dawn is-sitt personalitajiet ser jinqaflu fic-Centru Nazzjonali Laburista, bil-ghan li jghinu lill-Partit Laburista jigbor aktar fondi fl-Inizjattiva Gbir ta’ Fondi tat-Tnejn 13 ta’ Dicembru.

Il-personalitajiet ser jidhlu ghall-ewwel darba il-Hamis fit-20.30 u johorgu t-Tnejn waqt l-Inizjattiva Gbir ta’ Fondi organizzata mill-Partit Laburista.

Is-sitt personalitajiet ser joqoghdu f’dar armata apposta. Permezz ta’ kollegamenti live fuq Super One TV u Super One Radio, programmi specjali, it-telespettaturi u semmiegha ser ikunu jistghu jsegwu dak kollu li ser ikun ghaddej fl-edizzjoni tas-6 Gewwa.

Waqt il-granet li ser iqattghu hemm gew, dawn ser jinghataw diversi xogholijiet u miri x’jilhqu. Live fuq Super One TV, segwu ta’ kull filghodu l-mira tal-gurnata. Taqtiegh il-qalb, il-karattri, l-eccitament, ghal erbat’ijiem shah imxi pass passi mas-6 Gewwa. Mid-dar, it-telespettaturi ser ikunu jistghu jzommu l-appuntament mas-6 Gewwa waqt One Breakfast, Kalamita, Kalamita Weekend u Bla Agenda fost l-ohrajn.

Fid-dar, 6 Gewwa jridu jilqghu u jippreparaw ghal bosta personalitajiet li ser ikunu l-mistiedna fid-dar taghhom. U biex taghmlu kuntatt maghhom, kemm it-telespettaturi kif ukoll is-semmiegha jistghu jaghmlu dan billi jcemplulhom u bit-telefonata taghhom ikunu qed jghinu lill-Partit Laburista.

In-numri tat-telefon huma 50049243 (ghal donazzjoni ta’ Lm3) u 50049245 (ghal donazzjoni ta’ Lm5).

Il-Programm 6 Gewwa qed isir bi sforz kollettiv tal-Haddiema kollha ta’ One Productions u ghandu fit-tim ta’ Produzzjoni lil Jason Busuttil, Mark Cutajar, Charles Dalli u Charlon Gouder taht is-supervizjoni ta’ Albert Marshall.

 
© 2005 - Justyne Caruana