|
|
||||
| Ghall-Ghawdxin ix-xitwa tfisser aktar problemi | ||||
|
Ix-xitwa regghet maghna. Il-haddiema bdew jahdmu bil-gurnata u l-iskejjel infethu. Ghall-Ghawdxin ix-xitwa tfisser li l-problemi jizdiedu bil-bosta. Min-naha l-wahda ghandek l-istudenti li wara sajf igawdu l-familja taghhom, ikollhom jergghu jibdew jippakkjaw il-basktijiet taghom u jitilqu lejn Malta jfendu ghall-rashom. Apparti l-firda minn mal-familja, jizdied il-piz finanzjarju ta' l-allogg, ikel, kotba u trasport. Fejn jidhol it-trasport imbaghad din hija problema kbira specjalment fil-ghodu. Hija haga tajba li issa l-karozzi tal-linja qed ikuni eqreb tal-vapur izda xorta baqa` l-problema tan-nies bil-wieqfa t-triq kollha. Hemm bzonn li jkun hemm iktar karozzi tal-linja ic-Cirkewwa specjalment it-Tnejn fil-ghodu meta kulhadd ikollu baskett daqsiex ghall-gimgha. Imbaghad min-naha l-ohra ghandek il-haddiema. L-Ghawdxin biex ikunu fil-hin ghax-xoghol iridu jqumu fl-4.30 a.m. kuljum u jirritornaw f'xi t-8.00p.m. u dan biex jahdmu l-istess sighat bhall-kollegi taghhom Maltin u jiehdu l-istess paga bhalhom. Huwa minnu li f'hafna postijiet taax-xoghol jifhmu l-problemi taghna l-Ghawdxin u jirreallizzaw li jekk titlaq anke ftit minuti qabel il-hin kapaci tilhaq vapur qabel u tiffranka xi tlett kwarti tistenna. Sfortunatament mhux kullimkien hekk anzi gie li tisma haddiema jilmentaw li ta' fuqhom ikunu ghassa taghhom u jkunu stretti maghhom hafna iktar milli jkunu mal-Maltin. Ta' min isemmi wkoll il-problemi li nholqu minhabba t-terminal il-gdid li qed jinbena fl-Imgarr. Il-parkegg li qabel kien jintuza minn dawk li jaqsmu kuljum issa nghalaq. In konsegwenza ta' dan issa hemm nuqqas ta' spazju u hafna qed ikollhom juzaw mezzi alternattivi. It-trasport pubbliku mhuwiex adegwat ghaliex mhuwiex disponibbli mill-irhula kollha f'Ghawdex. Allura hemm bzonn li s-servizz tat-trasport pubbliku jizdied u fejn ma hemmx jigi provdut biex ikunu jistghu jinqdew in-nies minn kull parti tal-Gzira. Hemm il-problema tat-tinda wkoll. Ix-xoghol fuq din it-tinda miexi bil-mod wisq u f'dawn il-granet ta' xita dan in-nuqqas inhass bil-kbir. Nuqqas iehor li nhass f'dawn il-granet meta l-vapur qed jahdem minn Sa Maison, huwa l-fatt li ma hemmx fejn jistkennu n-nies u l-'waiting room' tkun maghluqa. Apparti dan kien hemm lmenti minn diversi Ghawdxin li nizlu c-Cirkewwa b'tal-linja u x'hin wasslu avzawhom li l-vapur kien qed jahdem minn Sa Maison u kellhom jergghu lura. Hawnhekk tirrizulta n-nuqqas ta' ko-ordinazzjoni bejn il-Gozo Channel u l-Awtorita` tat-Trasport Pubbliku. Iktar ma jghaddi z-zmien iktar qed jidher bic-car li l-interessi u l-bzonnijiet ta' l-Ghawdxin li jmorru Malta mhux qed jigu kkunsidrati jew ikkalkulati. Wasal iz-zmien li jigu ndirizzati dawn il-problemi. Wasal iz-zmien li l-Ghawdxin ikollhom l-opportunita` li jahdmu u jistudjaw f'Ghawdex stess. Jekk iddur dawra mad-dipartimenti tal-Gvern tirrealizza li hawn nuqqas ta' haddiema. Per ezempju l-Qorti, ix-xoghol kollu tar-registru qed jaqa` fuq tlett min-nies biss meta hemmhekk hemm bzonn ta' l-inqas sitta jew sebgha min-nies. Partit
Laburista fil-Gvern kien beda process sabiex iktar Ghawdxin jingiebu jahdmu
f'Ghawdex. Izda apparentement il-Gvern presenti mhux qed isegwi dik il-linji
izda qed ikompli jippersisti u jinjora l-problemi u t-tbatija li dawn
in-nies jiffaccjaw kuljum. Hemm bzonn li jsir xi tip ta' arrangament fuq
livell amministrattiv sabiex tittaffa ftit il-problema tal-hinijiet fuq
il-post tax-xoghol kif ukoll tizdied l-ghajnuna ghall-istudenti Ghawdxin.
Partit Laburista fil-Gvern jindirizza dawn il-problemi ghax ahna m'ahniex
cittadini tat-tieni jew tielet klassi u jixirqilna ahjar. |
||||
|
©
2002 - Justyne Caruana
|