|
|
||||
| Serhan tal-Mohh vs Incertezza | ||||
Qed
jghidulna li fl-Unjoni Ewropeja jkollna garanzija ta' serhan il-mohh u barra
jfisser biss incertezza. Dan l-islogan jekk nistghu nsejjhulu hekk, ghandu
jaghmel ghajb kemm lill minn ghamlu kif ukoll lil min qed jippriedkah u
jqassmu fid-djar taghna. Fil-prezent ahna qeghdin barra mill-Unjoni Ewropeja
allura dan ifesser li fil-pajjiz hawn biss incertezza? Wasalna fi stat allura
li l-Gvern prezenti qed jammetti li veru tezisti incertezza, izda din mhux
ser tigi meghluba permezz ta' shubija shiha fl-Unjoni Ewropeja. L-inizjattiva
biex tittiehed azzjoni konkreta ghall-futur ahjar trid tigi minnha ghax
minn Brussles jigi jaqghu u jqumu mill-problemi taghna. Kieku verament l-Unjoni
Ewropeja tfisser garanzija ta' serhan il-mohh kieku ma jezistux il-problemi
li nisimghu bihom ta' kuljum fil-pajjizi Ewropej.
Jien serhan tal-mohh nifhem biha li jekk jien zaghzugha jkolli l-opportunita` li nistudja, nsib xoghol u ma niffaccjax problemi enormi meta nigi biex nixtri l-proprjeta` tieghi biex nibni familja. Zaghzagh bhali fil-pajjizi membri fl-Unjoni Ewropeja jhallsu biex jistudjaw. Ahna mhux talli ma nhallsux talli bis-sahha tal-'welfare state' li ghandha l-istat jghini finanzjarjament biex nistudja. Shubija shiha fl-Unjoni Ewropeja tfisser li studenti barranin ikunu jistghu jigu jistudjaw hawn bhalna. Dan diga` qed isir izda sa issa bi hlas. Studenti Maltin u barranin iridu jigu trattati bl-istess mod bil-konsegwenza li jew kulhadd ihallas jew altrimenti ma jhallas hadd u kulhadd jiehu l-istipendju - li certament ma tistax issir. Allura biex il-barrani jkun jista` jigi jistudja hawn ikollna nbaghtu ahna. L-istess japplika ghad-dinja tax-xoghol. Jekk wiehed ihares lejn l-istatistika tal-qaghad f'diversi pajjizi Ewropej membri ta' l-Unjoni, il-figuri huma allarmanti. Appena jitwaqqghu l-fruntieri dawn jistghu jigu jahdmu hawn u johdulna l-postijiet tax-xoghol taghna. Hija hrafa li jghidulna li kif jaghmlu huma nistghu naghmlu ahna ghaliex kieku verament hemm opportunitajiet ta' xoghol fil-pajjizi ewropej kieku rati ta' qaghad mhumiex dawk li huma. Jiena ma rridx nghix
f'socjeta` fejn nergghu nispiccaw bit-tallaba fit-triq bhal ma hemm il-Germanja,
l-Ingilterra u l-Italja. Ma rridx nghix f'socjeta` fejn l-abort huwa llegalizzat,
fejn l-istabilita` tal-familja u l-fibra morali qed jigu mminati kontinwament.
Ma rridx nghix f'pajjiz fejn il-Gvern ta' pajjizi jigi ddettat x'jaghmel
u jaghmilx ghall-gid tal-poplu tieghu minn xi hadd barrani. Ghaziz zaghzugh l-incertezza
tinholoq meta inti ma ghandek ebda energija u ma ghandek ebda vizzjoni
tal-futur biex il-poplu tieghek jghix ahjar. L-incertezza tinholoq billi
tabbanduna l-poplu tieghek ghall-rihu u thallih f'idejn il-barrani biex
jiddeciedi hu ghalina - dan mhux garanzija ta' serhan il-mohh izda hija
rresponsabbilta` u tradiment fil-konfront tal-poplu Ghawdxi u Malti. |
||||
|
©
2002 - Justyne Caruana
|