Iz-zghazagh ghandhom ikollhom sehem attiv fl-oqsma nazzjonali

ID-DEPUTAT Laburista Carmelo Abela, Kelliem Ewlieni ta‘ l-Oppozizzjoni dwar l-Edukazzjoni, Kultura u Zghazagh, u d-Deputata Justyne Caruana, Kelliema ghaz-Zghazagh, Kultura u Sport, qalu fi stqarrija li l-Partit Laburista jemmen li z-zghazagh ghandhom ikollhom sehem attiv fl-oqsma nazzjonali minn issa, u mhux xi darba fil-futur.

Il-kelliema Laburisti Carmelo Abela u Jystyne Caruana qalu li l-hiliet taz-zghazagh ghandhom jisseddqu ghall-gid tal-pajjiz u l-futur ta’ Malta jiddpendi mill-hiliet taghhom u fuq il-fiducja li ahna jkollna fihom.

Fl-istqarrija taghhom, Abela u Caruana tennew l-appell li ghamel il-Mexxej Laburista Alfred Sant biex aktar zghazagh jersqu lejn il-Partit Laburista halli jaghtu l-kontribut siewi taghhom.

Waqt li qalu li l-Partit Laburista jemmen fl-energija u fl-entuzjazmu taz-zghazagh, iz-zewg kelliema nnutaw il-fattur pozittiv li hawn 70,000 zaghzugh u zaghzugha li huma nvoluti f’diversi ghaqdiet f’oqsma vitali.

Fl-istqarrija taghhom, Carmelo Abela u Justyne Caruana qalu li l-Partit Laburista jemmen ukoll li m’ghandux ikun hawninugwaljanzi socjali li jolqtu liz-zghazagh u li min-naha taghhom, iz-zghazagh ghandhom jilqghu ir-responsabbiltajiet taghhom u jhaddmuhom fis-socjetà.

Iz-zewg kelliema jirreferu ghall-vaganzi tas-sajf u appellaw liz-zghazgh biex igawdu s-sajf b’mod san.

Fid-dawl tat-thassib ta’ hafna genituri minhabba l-abbuzi tad-droga u alkohol, iz-zewg kelliema heggew liz-zghazagh biex joqghodu attenti biex ma jaqghux fil-vizzju tad-droga u biex ma jixorbux b’mod eccessiv. Appellaw liz-zghazagh ukoll biex ikunu aktar attenti u kawti fis-sewqan.

Carmelo Abela u Justyne Caruana qalu li z-zghazagh ghandhom ikunu mharsa minn kull tip ta’ sfruttament u heggew lis-sidien ta’ stabbilimenti biex josservaw il-ligijiet, specjalment biex ma jbieghux alkohol lil persuni taht l-età.

Appellaw biex fix-xhur tas-sajf tinhass aktar il-prezenza tal-pulizija biex ikunu evitati incidenti jew biex jintervjenu ghall-ghajnuna f’kaz li jinqalghu incidenti.

"Rwol iehor li ghandu jkollha l-pulizija huwa li jassiguraw li z-zghazagh ma jigux sfruttati waqt li jkunu qeghdin jiehdu pjacir u jirrilassaw," qalet l-istqarrija.

Fl-istqarrija taghhom, Carmelo Abela u Justyne Caruana heggew liz-zghazagh biex jiehdu hsieb sahhithom waqt li jkunu qeghdin igawdu l-bahar u x-xemx billi juzaw protezzjoni addattata kontra r-raggi tax-xemx.

Barra minn dan, qalu Carmelo Abela u Justyne Caruana, iz-zghazagh ghandhom joqghodu attenti mill-mard infettiv, specjalment f’dak trasmess sesswalment li l-periklu tieghu jizdied fis-sajf minhabba l-prezenza ta’ aktar barranin f’pajjizna.

Il-Mexxej Laburista ikkwota wkoll ghadd ta’ dikjarazzjonijiet li saru min-nies li ma jahdmux fil-Partit Laburista, liema dikjarazzjonijiet juru kif l-affarijiet f’Ghawdex m’humiex sejrin fid-direzzjoni t-tajba.

Alfred Sant qal li d-decizjoni tal-Gvern li jwaqqaf is-servizz tal-helicopter tistona fid-dawl ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet kollha dwar is-sitwazzjoni ekonomika xejn sabiha f’Ghawdex u l-Partit Laburista qed jibghat bl-iktar mod car sinjal ta’ protesta kontra dan.

“Huwa minnu li s-servizz tal-helicopter kien qed jaghmel telf ta’ flus izda huwa minnu wkoll li kien parti mis-sistema li ggib it-turisti lejn Ghawdex fejn bejn l-1999 u l-2002 ghamlu uzu mill-helicopter mal-221,000 passiggier”.

Il-Mexxej Laburista zied li issa qed jinghad li fir-Rebbiegha se jkun hemm kumpanija barranija li tibda toffri servizz ta’ trasport bl-ajru bi prova ghal sitt xhur.

“Jekk xejn izda dan is-servizz jmissu beda jinghata minnufih ghax ma jaghmilx sens li Ghawdex jibqa’ bla helicopter ghal sitt xhur shah”.

Fl-istess hin il-kumpanija li trid toffri s-servizz ta’ trasport bl-ajru qed tinsisti wkoll li tiehu xoghol tal-helicopter ta’ l-armata bhall-garr tal-pazjenti bejn Ghawdex u Malta.

Il-kelliem kompla jghid li jidher li se nkunu mexjin lejn sitwazzjoni xejn cara u l-Partit Laburista ghandu mistoqsijiet kbar dwar kemm hija genwina l-alternattiva ghas-servizz prezenti tal-helicopter.

Dwar l-argument li s-servizz tal-helicopter kien qed jaghmel telf ta’ flus, Alfred Sant qal li dan huwa argument li ftit jikkonvinci ghax il-Gvern Nazzjonalista seta’ nefaq Lm3 miljun minflok Lm10 miljun fuq Dar Malta u kien juza Lm1 miljun bhala sussidju biex izomm is-servizz tal-helicopter ghaddej. Dan kollu jindika kemm il-Gvern ghandu prijoritajiet hziena.

Il-konferenza ta’ l-ahbarijiet kienet indirizzata wkoll mid-deputati Laburisti Ghawdxin Anton Refalo u Justyne Caruana.

L-Avukat Refalo tkellem dwar ix-xoghol li kien wettaq Gvern Laburista bejn l-1996 u l-1998 biex jitjieb is-servizz tal-helicopter bil-ghan li jingibdu lejn Ghawdex turisti ta’ kwalità.

Min-naha taghha l-Avukat Caruana qalet li l-Gvern Nazzjonalista minflok sab soluzzjoni ghazel l-ehfef triq u waqqaf is-servizz tal-helicopter bla ma sab alternattiva. Hija staqsiet ukoll x’se jigri mit-18-il haddiem li jahdmu fil-heliport.

Intant, fi stqarrija kongunta l-Ministeru ghall-Kompetittività u Komunikazzjoni u dak ghal Ghawdex qalu li l-Gvern qed jistenna lill-kumpanija Ingliza “Veritair” (British International Helicopters) tinfurmah bid-decizjoni taghha. Il-“Veritair” kienet wahda minn zewg kumpaniji li wrew interess li jipprovdu dan is-servizz. B’danakollu, skond il-Gvern, il-kumpanija nfurmatu li kien difficli hafna ghaliha li tibda tipprovdi dan is-servizz fl-1 ta’ Novembru li gej.

© 2005 - Justyne Caruana