Residenti f’San Lawrenz ghadhom jistennew

RESIDENTI f’San Lawrence, Ghawdex, ghadhom qeghdin jistennew lill-Ministru ghal Ghawdex, Giovanna Debono, u lill-Ministru Austin Gatt jiehdu azzjoni biex ma jibqax ifur id-drenagg fi Triq ir-Rokon, fin-nizla maghrufa bhala Ta’ Wagganu.

Id-drenagg ilu jfur snin shah.

Residenti ta’ San Lawrenz urew l-ghadab taghhom waqt il-programm "Konfini" li xxandar nhar il-Hamis fuq Super One Television.

Ir-residenti tkellmu dwar kemm ilhom isofru minn din il-problema u lmentaw li baqghat qatt ma ttiehdet azzjoni minkejja l-weghdi li sarulhom.

Kien fuq pressjoni tal-Kunsillier Laburista Lawrence Camenzuli li l-Kunsill Lokali fil-bidu tas-sena 2001 kien kiteb lill-ministeru ghal Ghawdex fuq din il-problema.

Xhur wara, il-ministeru ghal Ghawdex kien informa lill-Kunsill Lokali li kienet se tittiehed azzjoni biex tinbena pumping station taht l-art, in-naha ta’ isfel ta’ Triq ir-Rokon.

L-istess weghda saret is-sena l-ohra mill-Ministru Austin Gatt wara li l-kwistjoni kienet tqajjmet fil-Parlament mid-Deputata Laburista Justyne Caruana.

Fi twegiba ghal mistoqsija parlamentari, Austin Gatt kien qal li fiz-zona hemm bzonn issir fossa b’pompa awtomatika biex tilqa’ u tmexxi d-drenagg ta’ l-inhwi.

Austin Gatt kien qal li l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta’ l-Ilma kien bi hsieba tibda u tlesti x-xoghol mehtieg, izda sal-lum ghadu ma sar xejn u r-residenti ghadhom jistennew - bid-drenagg ifur kuljum.


© 2005 - Justyne Caruana