|
|
||||
|
Il-Gvern
ma jzommx kelmtu mar-rahhala Ghawdxin |
||||
| Mistoqsija Parlamentari | ||||
|
RAHHALA Ghawdxin li kienu jiehdu l-bhejjem ghall-qatla fil-biccerija ta’ Ghawdex jinsabu mghaddba ghall-Gvern ta’ Gonzi minhabba li dan naqas milli jzomm kelmtu maghhom u jerga’ jiftah il-biccerija fiz-zmien li kien weghdom. Il-biccerija ta’ Ghawdex inghalqet wara li Malta ssiehbet fl-Unjoni Ewropea fl-ewwel ta’ Mejju li ghadda, bil-weghda li kienet se tkun modernizzata fi zmien tliet xhur. Skond is-Segretarju Parlamentari Francis Agius, li huwa responsabbli mill-biedja u s-sajd, il-kabinett kien approva s-somma ta’ mhux inqas minn Lm268,000 biex il-biccerija ta’ Ghawdex tkun modernizzata. Anke l-Ministru ghal Ghawdex, Giovanna Debono kienet qalet fil-Parlament fi twegiba ghall-mistoqsija parlamentari tad-Deputata Laburista Justyne Caruana li x-xoghol fuq l-immodernizzar tal-biccerija ta’ Ghawdex kellu jitlesta fi zmien tliet xhur. Minn Mejju ’l hawn, ghaddew hames xhur u sa issa x-xoghol ghadu ma tlestiex bir-rizultat li r-rahhala Ghawdxin se jkollhom jibqghu jibghatu l- bhejjem taghhom ghall-qatla fil-biccerija ta’ Malta.Rahhala Ghawdxin li tkellmu ma’ dan il-gurnal qalu li t-tnikkir min-naha tal-gvern se jikkagunalhom tbatijiet kbar fix-xhur tax-xitwa. I-bhejjem jingarru minn Ghawdex ghal Malta matul il-lejl, u ghalhekk ir-rahhala Ghawdxin se jkollhom ihabbtu wicchom mal-iljieli kiefra tax-xitwa biex ikunu jistghu jgibu l-bhejjem taghhom Malta. Barra minn dan, ir-rahhala li tkellmu ma’ dan il-gurnal, urew it-thassib taghhom dwar x’se jigri jekk ikun il-maltemp u ma jkunx jista’ jsir it-tragitt bejn iz-zewg gzejjer. Huwa mifhum li dwar dawn il-problemi,
ir-rahhala Ghawdxin digà tkellmu
mal-Ministru ghal Ghawdex Giovanna Debono, imma skond l-istess rahhala
li tkellmu ma’ KullHadd, din ftit li xejn kienet ta’ wens
ghalihom.
|
||||
|
©
2005 - Justyne Caruana
|