|
|
||||
| Telqa u apatija f'Ghawdex | ||||
|
It-telqa u l-apatija f'Ghawdex huma realta` u qed jinhassu sew. L-Ghawdxin minn dejjem kellhom il-problemi taghhom. Izda qatt daqs il-lum l-Ghawdxin qed ihossuhom injorati u l-problemi taghhom imwarrba minghajr ma jigu kkunsidrati - ahseb u ara kemm qed tittiehed azzjoni konkreta sabiex il-problemi u l-izvantaggi li nbaghtu minnhom ahna l-Ghawdxin, jekk ma jigux eliminati ta' l-inqas jittaffew. L-akbar problema li jiffaccja l-Ghawdxi huwa t-tragitt bejn Ghawdex u Malta. Dan ghaliex, sfortunatament kemm biex jistudja, jahdem kif ukoll ghall-bzonnijiet ohra l-Ghawdxi jrid imur Malta. L-aktar servizz socjali mporanti ghalina l-Ghawdxin huwa t-trasport bil-bahar. Veru li ghandna l-vapuri l-godda izda ma jfissirx li l-problemi gew eliminati. L-inkonvenjenti ghadhom u jkomplu jinqalghu u dewmien u l-hela ta' hin bl-ebda mod ma ttaffew - iktar u iktar meta s-servizz tal-Catamaran hemm l-ghajdut li ser jispicca minhabba l-fatt li kien qed jahdem bit-telf. Dan certament jimplika li dawk il-haddiema li kienu juzaw dan is-servizz biex jasslu fuq il-postijiet tax-xoghol taghhom kull fil-ghodu b'aktar kumdita` u f'anqas hin ser jigu mcahhda minn dan is-servizz. Ovvjament dan igib mieghu ukoll inkonvenjenti ohra relatati mat-trasport pubbliku. Min jaf kemm il-darba wara gurnata xoghol, l-Ghawdxin jispiccaw jaghmlu t-triq kollha sac-Cirkewwa bil-wieqfa fuq tal-linja u meta jaslu c-Cirkewwa jaraw il-bieba tal-vapur tiela u jkollhom jistennew ta' wara. Ta' kull nhar ta' Tnejn mal-vapur tas-sitta ta' fil-ghodu tara studenti u haddiema Ghawdxin mghobbija bil-basktijiet tal-hwejjeg ghall-gimgha shiha u kotba jigru biex jippruvaw jilhqu post bil-qieghda fuq tal-linja altriment jkollhom jaghmul t-triq kollha bil-wieqfa. Huma problemi bhal dawn li ghandhom jigu ndirizzati ghax l-Ghawdxi jbaghti minhabba hafna nkonvenjenti li bi ftit impenn da parti ta' l-awtoritajiet koncernati jistghu jaghmlu hajjitna ferm iktar facli. Il-Maltin ma jistghux jifhmu xi tfisser titlaq minn darek u tfendi ghal rasek - iz-zaghzagh taghna dan jibdew jaghmluh malli jaghlqu s-sbatax-il sena. Hija esperjenza harxa li kull wiehed u wahda minna l-Ghawdxin irid jghaddi minnha - ghax jekk trid tistudja u tavanza m'hemmx triq ohra ghax f'Ghawdex l-opportunitajiet huma limitati.
|
||||
|
©
2002 - Justyne Caruana
|