Ninvestu fiz-zghazagh

Jum iz-zghazagh 2005

IZ-ZGHAZAGH huma l-prezent u l-futur u huwa obbligu ta’ kull Gvern li jinvesti fihom sabiex ghada pitghada jkollna socjetà ahjar.

Dan sostnewh id-Deputati Laburisti Carmelo Abela, kelliem ewlieni ghall-Edukzzjoni, Kultura u Zghazagh, u Justyne Caruana, kelliema ghaz-Zghazagh, Sport u Kultura fi stqarrija li hargu ghal Jum iz-Zghazagh, li jahbat illum.

Iz-zewg kelliema tennew li l-Gvern ghandu jobbliga ruhu li jara li l-gejjieni taz-zghazagh ikun sod u sikur, fejn ikunu jistghu jissodisfaw l-aspirazzjonijiet taghhom, jirrealizzaw lilhom infushom biex eventwalment isibu posthom fis-socjetà.
Izda jistaqsu l-kelliema fl-istqarrija, ir-realtà x’inhi ghal dawk iz-zghazagh li spiccaw bla xoghol minn April 2003 ’il hawn u dawk li qeghdin ifittxu x-xoghol?Il-kelliema qalu li s-sitwazzjoni fil-pajjiz hija difficli ghal kulhadd, aktar u aktar minhabba n-numru ta’ zghazagh li qed jisfaw minghajr impjieg, numru li sfortunatament dejjem qieghed jikber specjalment fil-kategorija ta’ taht it-30 sena.

Sahansitra f’Ghawdex il-persentagg tela’ ghall-54.6%. Qed jizdied wkoll in-numru ta’ zghazagh li jispiccaw mill-korsijiet fl-Università u mhux qed jirnexxilhom isibu xoghol relatat ma’ l-istudji taghhom.

L-istqarrija tirrimarka li l-Gvern qed jonqos mill-weghdiet li ghamel qabel l-elezzjoni li se jkun hawn aktar oppoortunitajiet ta’ xoghol.

Abela u Caruana jitkellmu wkoll ghal problemi ohra li ghandhom iz-zghazagh u jirreferu partikularment ghall-vizzju tad-droga u l-alkohol, li qed dejjem jizdied. Huma jitkellmu wkoll dwar kif ir-rwol ta’ l-iSports f’dan l-isfond jakkwista dimensjoni importanti u jtennu li l-Gvern ghandu jinvesti f’dan il-qasam u jindirizzah bis-serjetà.

Abela u Caruana jtemmu l-istqarrija taghhom billi waqt li jistqarru kemm jemmnu fil-potenzjal taz-zghazagh, jesprimu s-solidarjetà ma’ dawk minnhom li jinsabu f’diffikultà u jwieghdu l-appogg kontinwu u bis-serjetà tal-Partit Laburista f’kull hin u waqt.

© 2005 - Justyne Caruana