|
|
||||
|
M’hemmx
flus biex jitkomplew it-terminals tal-vapuri ta’ Ghawdex |
||||
| L-Orizzont 31-08-2004 | ||||
|
Ix-xoghol kollu li qieghed isir fuq il-progett tat-terminals tac-Cirkewwa u ta’ l-Imgarr f’Ghawdex jinsab wieqaf u mhux se jitkompla ghax il-Gvern m’ghandux izjed flus ghal dan il-progett. Fi kliem il-Ministru ghat-Turizmu Francis Zammit Dimech, “id-decizjoni tal-Gvern li jwaqqaf jew jissospendi l-progett kienet wahda bbazata fuq ir-realtà ekonomika ta’ pajjizna.” L-istqarrija tal-Ministru
Francis Zammit Dimech, li saret waqt intervista mal-gazzetta Malta
Today tal-Hadd li ghadda, giet bhal sajjetta fil-bnazzi,
hekk kif Zammit Dimech ghogbu li fi zmien xahar jikkontradixxi ghal kollox
lill-Ministru ghall-Kompetittività u Komunikazzjoni, Censu Galea. Xahar
ilu biss il-Ministru Censu Galea (li huwa responsabbli direttamant
mill-progett tat-terminals)
kien
sostna fil-Parlament li l-progett tat-terminals,
li jintuzaw mill-vapuri tal-Gozo Channel, fic-Cirkewwa u l-Imgarr, ghad
jonqoshom biss “ridimensjoni” u mistenni li jkun hemm progress
fix-xoghlijiet wara diskussjonijiet li ghandhom isiru. Izda sorsi qrib il-Gvern zvelaw ma’ l-orizzont li “x’aktarx il-Ministru Zammit Dimech nesa x’kien qal pubblikament il-Ministru Censu Galea fil-Parlament, li tahtu jaqghu direttament il-progetti tat-terminals u anke nesa r-risposta li Censu Galea kien ta lil l-orizzont ghal mistoqsijiet mibghuta lilu wara r-ripsosta li kien ta fil-Parlament ftit granet qabel dwar il-progett tat-terminals.” Fil-harga ta’ l-orizzont tas-26 ta’ Lulju li ghadda, kien irrapportat kif fid-19 ta’ Lulju, 2004, id-Deputata Laburista Ghawdxija, Dr Justyne Caruana, permezz tal-Mistoqsijia Parlamentari Numru 6788, staqsiet lill-Ministru Censu Galea biex jaghti dettalji dwar meta suppost ghandhom jitlestew x-xoghlijiet. Fit-twegiba tieghu, il-Ministru Censu Galea qal li “jien infurmat li dwar il-progetti tal-mollijiet u terminals gewwa c-Cirkewwa u l-Imgarr, qeghdin isiru diskussjonijiet mal-partijiet involuti bil-ghan li l-progett jigi ridimensjonat. Ghaldaqstant huwa mistenni li jkun hemm progress fix-xoghlijiet meta jigu konkluzi dawn id-diskussjonijiet.” Izda nhar il-Hadd li ghadda fil-Malta Today, il-Ministru Francis Zammit Dimech ta x’jifhem li dawn id-“diskussjonijiet” u “ridimensjoni” mhux vera se jsiru ghax habbar li l-Gvern iddecieda li jwaqqaf ix-xoghol minhabba r-“realtà ekonomika tal-pajjiz”, bil-Gvern ippressat ghall-flus. Il-Ministru
Zammit Dimech ammetta li l-Gvern jinsab fi krizi finanzjarja u sostna
li “d-decizjoni tal-Gvern li jwaqqaf jew jissospendi l-progett
kienet wahda bbazata fuq ir-realtà ekonomika ta’ pajjizna.
Ghal dan il-pajjiz li ghandu bzonn jiffjorixxi u jimxi ’l quddiem,
ghandna bzonn li jkollna l-finanzi fis-sod. Izda fis-sitwazzjoni li qeghdin
fiha fejn ghandna ammont ta’ fondi limitat, irrid naghmlu prijorità. ” Fl-opinjoni
tal-Ministru Zammit Dimech, it-tkomplija tal-progett tat-terminals
tinzel ’l isfel fl-iskaluni tal-prijoritajiet tal-Gvern. Huwa sahansitra
wahhal f’min hu responsabbli mill-progett (cioè l-Ministeru
ta’ Censu Galea u l-Awtorità Marittima Maltija) u sostna li “ovvjament,
waqt li wiehed jifhem li hemm bzonn li jkun hemm servizz tajjeb ghall-passiggieri
u karozzi fuq iz-zewg gzejjer, fil-verità ma nahsibx li ghandna
bzonn progett ta’ dan il-kobor”.
L-intervista li ta l-Ministru ghat-Turizmu Francis Zammit Dimech lil Malta Today li fiha habbar il-waqfien immedjat tal-progett tat-terminals tal-Gozo Channel, qieghda titqies minn hafna qrib il-Gvern bhala li “iktar ghamlet hsara lill-Gvern milli gid ghax Zammit Dimech qieghed jammetti li l-Gvern jinsab fi krizi finanzjarja u hareg fil-berah li l-Gvern waqqaf dan il-progett ghax m’ghandux flus ghalih”. L-istqarrija tal-Ministru Zammit Dimech xejn ma nizlet tajjeb mal-Gvern Nazzjonalista stess specjalment wara li f’Ottubru 2002 kien wieghed li l-progett tat-terminals se jkun lest sa Lulju 2003. Ghaddew iktar minn sejntejn u l-progett jinsab ferm ’il boghod milli jitlesta u issa hareg fic-car li l-Gvern waqqaf dan il-progett, minkejja li l-Ministeru responsabbli mill-progett, Censu Galea, kien stqarr pubblikament li l-progett se jitkompla u jitlesta. F’kummenti li l-Ministeru ghall-Kompetittività u Komunikazzjoni u anke l-Awtorità Marittima Maltija kienu taw lil l-orizzont ix-xahar li ghadda rigward ix-xoghol fic-Cirkewwa, it-tnejn sahqu li “x-xoghlijiet fil-bahar gewwa c-Cirkewwa huma prattikament lesti”. Dwar il-progett ta’ l-Imgarr, fl-24 ta’ Frar ta’ din is-sena, ic-Chairman ta’ l-Awtorità Marittima Maltija, Marc Bonello kien qal li x-xoghol tal-car park fil-Port ta’ l-Imgarr jinsab fi stadju avvanzat, tant li s-saqaf tal-car park ghandu jibda jintuza bhala l-‘marshalling area’. Izda jekk wiehed jaqsam il-fliegu bejn
ic-Cirkewwa u l-Imgarr, fuq iz-zewg nahat wiehed isib biss dizastru,
bin-naha ta’ l-Imgarr fi stat
aghar min-naha tac-Cirkewwa. Dan id-dizastru izda issa se jibqa’ wiehed
permanenti hekk kif harag car u tond li l-progett taz-zewg terminals
mhux se jitkompla, b’zewg Ministri Nazzjonalisti jinqabdu fi
gwerra tal-kliem billi jikkontradixxu lil xulxin. |
||||
|
©
2005 - Justyne Caruana
|