Meta l-KSI qatghet l-ilma fil-heliport ta’ Ghawdex: Il-kont ta’ l-ilma kien ilahhaq it-Lm12,430.42c

L-Orizzont 02-11-2004

Wara li fil-harga ta’ l-orizzont ta’ nhar it-Tlieta 5 ta’ Ottubru kien zvelat b’mod esklussiv kif il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta’ l-Ilma qatghet il-provvista ta’ l-ilma fil-heliport ta’ Ghawdex – ghar-raguni li l-Gozo Heliport Limited ma hallsitx il-kont ta’ l-ilma – issa rrizulta li l-kont kien ilahhaq it-Lm12,430.42.

Kienet fuq insistenza fil-Parlament mid-Deputat Laburista Ghawdxija, l-Avukat Justyne Caruana, li kien zvelat l-ammont tal-kont mhux imhallas. Fuq mistoqsija lill-Ministru ghall-Investiment, Industrija u Teknologija ta’ l-Informatika, Austin Gatt biex jghid kemm kien jammonta dan il-kont, il-Ministru wiegeb li “jien informat li l-kont ta’ Lm12,430.42 thallas mill-MIMCOL permezz tac-cekk 8941 fil-5 ta’ Ottubru, 2004.”
It-twegiba lid-Deputat Laburista Justyne Caruana nghatat fis-seduta parlamentari numru 177 ta’ nhar it-Tlieta, 26 ta’ Ottubru permezz tal-mistoqsija parlamentari numru 7621. Madankollu l-Ministru Austin Gatt naqas li jirrispondi lid-Deputat Laburista Justyne Caruana ghaliex ma thallasx il-kont ta’ l-ilma.

Mit-twegiba tal-Ministru Austin Gatt, johrog car li l-kont thallas wara pressjoni li saret minn l-orizzont meta l-ahbar li l-KSI qatghet il-provvista ta’ l-ilma harget fil-pubbliku. Fil-fatt, mit-twegiba tal-Ministru, il-MIMCOL (peress li l-Gozo Heliport Limited taqa’ taht il-MIMCOL) jirrizulta li l-kont thallas dak in-nhar li deher ir-rapport f’l-orizzont, fil-5 ta’ Ottubru stess.

Dak in-nhar, dan il-gurnal kien irrapporta kif gurnata qabel, jigifieri fl-4 ta’ Ottubru, ghal habta ta’ l-10.00 a.m., haddiema tal-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta’ l-Ilma ta’ Ghawdex kienu marru fil-Heliport ta’ Ghawdex u qatghu l-provvista ta’ l-ilma.

Dan kien ukoll ikkonfermat mill-KSI stess ma’ l-orizzont fl-4 ta’ Ottubru li qalet lil dan il-gurnal li “nista’ nikkonferma li l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta’ l-Ilma qatghet il-provvista ta’ l-ilma fil-Heliport ta’ Ghawdex nhar it-Tnejn, 4 ta’ Ottubru.” Dak in-nhar ukoll, il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta’ l-Ilma qalet lil dan il-gurnal li ma tistax taghti informazzjoni relatata ma’ kontijiet ta’ individwi jew kumpanija minhabba d-Data Protection Act, u ghalhekk ma qalitx lil dan il-gurnal kemm kien il-kont mhux imhallas mill-Gozo Heliport Limited, li rrizulta li kien ta’ Lm12,430,42.

Sorsi minn Ghawdex qalu lil l-orizzont li saret pressjoni kbira mill-KSI biex il-kont ta’ l-ilma jithallas “malajr kemm jista’ jkun”minhabba l-ghajdut persistenti li s-servizz tal-helicopter bejn Malta u Ghawdex kien se jieqaf.

Fil-fatt dawn l-ghajdut saru realtà nhar il-Hadd bil-lejl meta saret l-ahhar titjira tal-helicopter bejn iz-zewg gzejjer wara li l-Gvern iddecieda li jwaqqaf is-servizz tal-helicopter, minghajr ma ftiehem ma’ wiehed mis-16-il kumpanija li appli-kaw biex ihaddmu dan is-servizz.

 

 
© 2005 - Justyne Caruana