|
|
||||
| It-turizmu w l-crafts village f'Ghawdex | ||||
|
Huwa fatt maghruf li t-turizmu huwa vitali ghall-pajjizna specjalment ghall-Gzira ta' Ghawdex. Minn jaf kemm-il darba smajna dwar diversi inizjattivi da parti tal-Gvern Centrali sabiex jigi attirat it-turizmu. Izda wiehed jistaqsi kemm kienu verament effettivi dawn l-inizzjattivi? Jekk thares dawra madwarek f'Ghawdex iktar tara Maltin milli turisti - u dan fl-aqwa ta' l-istagun. Lil kull min tkellem li ghandu negozju jew jahdem fis-settur turistiku kulhadd jghidlek kemm it-turizmu f'Ghawdex mar lura bhall-granc. Mhux talli naqsu t-turisti izda hawn hafna nuqqasijiet li mhux qed jinghataw attenzjoni bil-konsegwenza li s-sitwazzjoni qed tkompli tmur lura. F'Ghawdex per ezempju ghandna l-Crafts Village f'Ta' Dbiegi. Dan il-villagg jinsab f'San Lawrenz. Min ma jafx fejn hu difficli jinduna bih ghax it-tabella li hemm tant hi zghira li anqas biss taghti kazha. Apparti dan fl-entratura hemm bicca kollha zrar li suppost tintuza bhala parkegg li ilha zmien biex tinghata t-tarmac. Meta tidhol gewwa tirrealizza kemm dan il-post, li suppost jattira t-turisti, jinsab fi stat ta' telqa u ta' abbandun. Hemm hafna xogholijiet li ilhom pendenti sa mill-1998 u cioe` meta nbidel il-Gvern. Kull ma sar kien bir biex jissaqqew il-pjanti li hemm fil-villagg. Kellhom ukoll jinbnew xi hwienet ohra u li c-cens taghhom ilu jithallas ghall-diversi snin sa minn meta nghatat il-koncessjoni. Ghalhekk ghandek min qed ihallas ghall-premises li ghadhom anqas biss inbnew. Kellhom ukoll jghaddu l-cables tad-dawl minn taht l-art izda l-anqas dan ma sar. Fil-Crafts Village wiehed jista` jinnota hafna hwienet maghluqin li apparentement zarmaw minhabba nuqqas ta' negozju. Fil-fatt saru diversi lmenti rigward dan in-nuqqas li huwa attribwibbli ghall-diversi fatturi fosthom li l-gwidi, specjalment dawk barranin, ma jiehdux it-tursti hemm izda johduhom bnadi ohra fejn jaqblilhom huma. Lmentaw minn-nuqqas ta' promozzjoni u nuqqas ta' koperazzjoni w assistenza mill-Malta Development Corporation. Lment iehor kien rigward il-bar li kien hemm fil-villagg stess li twaqqa` u ma regax inbena. Fil-Crafts Village hemm ukoll nuqqas ta' sigurta` ghaliex wara li kienu saru diversi rapporti li kienu inveritieri tnehhew il-watchmen. Kien hemm tgergir ukoll dwar il-bini tal-bir ghaliex il-kuntrattur jahdem minghajr lqugh u t-trabb kollu jmur fuq il-prodotti taghhom. Jirrizulta b'mod car li dawn in-nies minflok qed jinghataw ghajnuna qed jigu njorati. Izda l-aktar fattur gravi huwa li waqt din iz-zjara fl-aqwa ta' l-istagun kull ma dahlu kienu inqas minn tuzzana turisti. Din hija l-istampa reali tas-sitwazzjoni fil-Crafts Village f'Ghawdex u min jopera minn hemm qed jiffaccja din is-sitwazzjoni kuljum. Gvern Laburista fil-Gvern kien hadem biex l-artigjani taghna jkollhom post fejn ikunu jistghu jahdmu u jbieghu l-prodotti taghhom u kien anke attwa pakkett ta' incentivi. Izda appena nbidel l-Gvern is-sitwazzjoni stagnat u ma sar xejn aktar. Il-Partit Laburista jemmen li l-artigjanat Ghawdxi ghandu potenzjal kbir u impenjat biex malli jkun fil-Gvern ikompli bil-hidma tieghu fejn halla fl-1998 u dan b-impenn shih lejn l-artigjani Ghawdxin u l-prodott taghhom. Justyne
Caruana |
||||
|
©
2002 - Justyne Caruana
|