Is-Sajf u l-Ghawdxin

Is-sajf ikollu diversi mpatti fuq l-Ghawdxin. Ghandek min-naha l-wahda dawk li jkunu jistennew dan l-istagun biex jiggwadanjaw l-ghixien taghhom u min-naha l-ohra ghandek lil dawk li ta' kuljum iridu jmorru Malta ghax-xoghol fis-shana.

IT-TURIZMU
It-turizmu huwa vitali ghall-gzira Ghawdxija u hawn hafna minna li jahdmu f'dan is-settur. Pero` sfortunatament il-potenzjal li toffri din il-gzira helwa taghna mhux qed jigi uzat tajjeb bil-konsegwenza li qed tbaghti l-industrija u dawk li jahdmu fiha.

DAY TRIPPERS
Ta' kuljum jaqsmu t-turisti lejn Ghawdex biex iqattghu gurnata hawn. L-attrazzjonijiet li jaraw, il-postijiet fejn imorru u l-hwienet li jmorru jixtru u jieklu fihom jiddependi mill-gwidi li hafna minnhom huma ta' nazzjonalita` barranija. Allura hafna sidien tal-hwienet jispiccaw imorru hazin ghax turisti ma jmorrux in-naha taghhom ghax ma johduhomx. Problema ohra hija li Ghawdex ftit li xejn jinghata promozzjoni bhala destinazzjoni ghaliha. It-turist li jigi gurnata jhalli ftit qligh ghal xi whud pero` il-maggor parti tal-qligh jerga` jmur lejn Malta ghaliex il-giti jorganizzawhom l-operaturi Maltin minn go Malta.

L-ARTIGJANAT TAGHNA
Il-prodott u l-artigjanat lokali bhal hgieg, bizzilla ecc. ghandu jinghata iktar protezzjoni. Hafna artigjani Ghawdxin qed igorru ghaliex qed jingieb ix-xoghol mahdum bil-magni minn barra l-pajjiz li jinbieh orhos mill-prodott taghhom. L-artigjanat Ghawdxi ghandu jigi protett anke permezz ta' Ligi u certu prodotti lokali ghandhom jitqiesu bhala niche products. B'hekk tkun qed tinghata spinta u jservi ta' incentiv ghall-artigjani taghna kif ukoll ghandhom jinghataw protezzjoni mill-influss ta' xoghol li gej minn barra li hu ta' kwalita` ferm inferjuri izda qed jinbiegh bhala prodott lokali a detriment kemm ta' l-Ghawdxin li jahdmu fis-settur kif ukoll tat-turist.

LEJN TURIZMU KWALITATTIV
Kif diga` inghad hemm bzonn li Ghawdex jigi reklamat bhala destinazzjoni ghalih. Partit Laburista fil-gvern ghandu l-ghan li jsiru progetti sabiex nattiraw it-turist ta' kwalita` kif ukoll li jigi attirat tip ta' turismu alternattiv bhall-argiturizmu. It-turist li jigi f'Ghawdex ghandu jigi provdut bil-facilitajiet u strutturi sabiex ikun jista` jgawdi l-btala tieghu fi gziritna bl-iktar mod komplet. L-ambjent taghna ghandu jigi protett u biex nippromwovu l-walking holidays u l-ekuturizmu ghandna norgannizzaw u ntejbu l-kundizzjoni tal-kampanja taghna. Il-kwistjoni ambjentali f'Ghawdex ghandha tinghata iktar attenzjoni u ghandha tinsab soluzzjoni immedjata f'qasir zmien. B'hekk min jigi jzurna, kif ukoll ghalina l-Ghawdxin stess, ikun jista` jirrilassa u jgawdi l-gzira taghna f'ambjent nadif.


Il-haddiem Ghawdxi u l-avventura lejn ix-xoghol u lura
Min-naha l-ohra ghandek l-Ghawdxi li kuljum imur lejn u jigi lura minn Malta biex jahdem. Issa li gie kkonfermat li s-servizz tal-Catamaran mhuwiex vijabbli u ghalhekk gie sospiz, l-inkonvjent ser ikun ikbar. Ovvjament dawn il-haddiema taghna juzaw it-trasport pubbliku. Ta' kull filghodu kmieni x'hin il-vapur jittrakka c-Cirkewwa, tara lil kulhadd jigri biex jilhaq post fuq tal-linja ghax jekk ma tigrix ma tilhaqx post bil-qieghda. Dik tkun l-ewwel bhejjem u l-irwejjah ikunu insopportabbli anke minhabba l-hmieg tal-bhejjem stess li jaqa` mill-vetturi.

Imbaghad wara gurnata xoghol kulhadd jirgi biex jilhaq il-45. Fis-sajf pero` din il-linja tintuza iktar specjalment mit-turisti u dawk li jkunu sejrin il-bahar. Min jaf kemm-il darba tasal il-bus terminus u tal-linja tkun mimlija b'dawn in-nies jew tkun fuq stage u tkun full up u ma tghabbikx jew inkella jirnexxilek tirkeb pero` jkollok tikolha bil-wieqfa sa l-Ghadira go dik is-shana. Gieli wara dan kollu ma tilhaqx il-vapur ghax tasal ic-Cirkewwa u tara l-bieba tiela u jkollok toqghod tistenna l-vapur ta' wara.

Din hija l-hajja taghna l-Ghawdxin u fis-sajf ovvjament is-sitwazzjoni tkun ghar u minflok inkunu nghumu l-bahar bhat-turisti u l-kollegi taghna l-Maltin ahna nkunu nghumu fl-gharaq qisna gejjin minn xi pajjiz tat-tielet dinja. Huwa veru li l-esperjenza f'Malta hija formattiva hafna u timmaturak pero` l-anqas hija haga tajba li biex l-Ghawdxi jmur ghax-xoghol bhall-Malti irid jghaddi minn din l-avventura ta' kuljum li tohodlu madwar tlett sighat u nofs kuljum biex imur u jigi. L-Ghawdxin ghandhom ikollhom kull opportunita` li jahdmu f'Ghawdex stess - Partit Laburista fil-Gvern hadem u jkompli jahdem bis-shih biex dan ikun possibbli ghax l-Ghawdxin haqqhom ahjar.

Justyne Caruana

© 2002 - Justyne Caruana